|
+Artikolu 11a 1. |
Artikolu 11a 1.Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li jkunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, għandhom ikunu jistgħu jużaw l-unitajiet li ġejjin biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ kanċellament ta’ unitajiet fir-rigward tal-kwantità nnotifikata skont l-Artikolu 12(6) kif stabbilit fl-Artikolu 12(9):
(a)
krediti awtorizzati mill-partijiet li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu stabbilit skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim ta’ Pariġi;
(b)
krediti awtorizzati mill-partijiet li jipparteċipaw fi programmi ta’ kreditu li jkunu ġew ikkunsidrati eliġibbli mill-Kunsill tal-ICAO kif identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 8;
(c)
krediti awtorizzati minn partijiet għal ftehimiet skont il-paragrafu 5;
(d)
krediti maħruġa fir-rigward ta’ proġetti fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 24a. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|