|
+Artikolu 12 6. |
Artikolu 12 6.F’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ kumpens kull sena għas-sena kalendarja preċedenti fir-rigward ta’ titjiriet lejn, minn u bejn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), u fir-rigward ta’ titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), u sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru. F’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ kumpens finali totali għal perjodu partikolari ta’ konformità mal-CORSIA u, sat-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara l-aħħar sena tal-perjodu rilevanti ta’ konformità mal-CORSIA, jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ta’ dawk ir-rekwiżiti. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin dwar il-livell ta’ kumpens:
(a)
l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru; u
(b)
jipproduċu emissjonijiet annwali tas-CO2 ta’ aktar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta’ ajruplani b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ aktar minn 5 700 kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I, għajr dawk li jitilqu u li jaslu fl-istess Stat Membru, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru, mill-1 ta’ Jannar 2021. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tipi ta’ titjiriet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu:
(i)
titjiriet Statali;
(ii)
titjiriet umanitarji;
(iii)
titjiriet mediċi;
(iv)
titjiriet militari;
(v)
titjiriet tat-tifi tan-nar;
(vi)
titjiriet li jsiru qabel jew wara titjira umanitarja, medika jew tat-tifi tan-nar, dment li tali titjiriet ikunu twettqu bl-istess inġenju tal-ajru u kienu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet umanitarji, mediċi jew tat-tifi tan-nar relatati jew biex l-inġenju tal-ajru jiġi ppożizzjonat mill-ġdid wara dawk l-attivitajiet għall-attività li jmiss tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|