►M15
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u, meta jkun rilevanti, id-data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva, u l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO
2 tal-avjazzjoni fuq rotot li għalihom l-emissjonijiet jiġu rrapportati fl-ambitu ta' din id-Direttiva, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar stabbiliti fl-Anness IV ta' din id-Direttiva u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll il-potenzjal ta' tisħin globali ta' kull gass serra u jqisu l-għarfien xjentifiku aġġornat dwar l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO
2 tal-avjazzjoni fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u l-effetti tagħhom, inklużi l-effetti tel-emissjonijiet li mhumiex CO
2 tal-avjazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni tal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, sabiex tali bijomassa jkollha rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw kif għandu jitqies il-ħżin tal-emissjonijiet minn taħlita ta' sorsi b'rata żero u sorsi mhux b'rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u fjuwils tal-karbonju riċiklati, filwaqt li jiżguraw li jitqiesu tali emissjonijiet u li jiġi evitat għadd doppju.
◄
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).