|
+Artikolu 30 5. |
Artikolu 30 5.Sal-31 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet li ġejjin, akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva u valutazzjoni tal-impatt:
(a)
kif l-emissjonijiet negattivi li jirriżultaw mill-gassijiet serra li jitneħħew mill-atmosfera u jinħażnu b'mod sikur u permanenti jistgħu jitqiesu u kif dawk l-emissjonijiet negattivi jistgħu jiġu koperti bl-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, jekk ikun xieraq, inkluż kamp ta' applikazzjoni ċar u kriterji stretti għal tali kopertura, u salvagwardji biex jiġi żgurat li tali assorbimenti ma jikkumpensawx it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet f'konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;
(b)
il-fattibbiltà li, mill-2031, jitbaxxew il-limiti tal-input termiku nominali totali ta' 20 MW għall-attivitajiet fl-Anness I;
(c)
jekk l-emissjonijiet kollha ta' gassijiet serra koperti minn din id-Direttiva humiex effettivament meqjusa, u jekk l-għadd doppju huwiex effettivament evitat; b'mod partikolari, għandha tivvaluta l-kontabbiltà tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw fi prodott b'mod differenti minn dak imsemmi fl-Artikolu 12(3b). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|