|
+ANNESS IV IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1) |
ANNESS IV IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1)
ANNESS IV IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1) PARTI A – Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossisdu tal-karbonju L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati jew bil-kalkolu jew fuq il-bażi tal-kejl. Il-kalkolu Il-kalkoli ta' l-emissjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-formola: L-informazzjoni dwar l-attività × il-Fattur ta' l-emissjoni × il-Fattur ta' l-ossidazzjoni
L-informazzjoni dwar l-attività (il-karburant użat, ir-rata tal-produzzjoni, eċċ) għandhom jiġu mmonitorjati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-provvista jew tal-kejl. Għandhom jintużaw fatturi aċċettati ta' l-emissjonijiet. Huma aċċettabbli l-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet rigward il-karburanti kollha. Huma aċċettabbli l-fatturi tan-nuqqas għall-karburanti kollha minbarra dawk mhux kummerċjali (karburanti ta' l-iskart bħalma huma t-tyres u l-gassijiet tal-proċessi industrijali). Nuqqasijiet li huma speċifiċi għas-saff rigward il-faħam, u nuqqasijiet speċifiċi għall-UE jew speċifiċi għall-pajjiż rigward il-produttur għall-gass naturali għandhom jiġu elaborati iktar. Il-valuri IPCC tan-nuqqas huma aċċettabbli għall-prodotti tar-raffineriji. Il-valur ta' l-emissjonijiet għall-bijomassa għandu jkun żero. Jekk il-fattur ta' l-emissjonijiet ma jqisx il-fatt illi wħud mill-karbonji ma jkunux ossidizzati, allura għandu jintuża fattiu addizzjonali għall-ossidazzjoni. Jekk il-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet ikunu ġew ikkalkolati u diġà jieħdu l-ossidazzjoni f'konsiderazzjoni, allura ►M15 Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa li jikkonforma mal-kriterji ta' sostenibbiltà u mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, kif stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttva, għandu jkun żero. ◄ Għandhom jintużaw il-fatturi tan-nuqqas rigward l-ossidazzjoni żviluppati skond id-Direttiva 96/61/KE, għajr jekk l-operatur jista' juri illi l-fatturi speċifiċi għall-attività huma iktar eżatti. Għandhom jintużaw fatturi ta' ossidazzjoni prestabbiliti żviluppati skont id-Direttiva 2010/75/UE, sakemm l-operatur ma jkunx jista' juri li l-fatturi speċifiċi għall-attivitajiet huma iktar eżatti. Il-kejl Il-kejl ta' l-emissjonijiet għandu juża metodi standardizzati jew aċċettati, u għandhom jiġu kkorroborati minn kalkolu ta' appoġġ ta' l-emissjonijiet. Il-monitoraġġ ta' l-emissonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra. Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew metodi aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, u adottati skont l-Artikolu 14(1). Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet Kull wieħed mill-operaturi għandu jinkludi t-tagħrif li ġej fir-rapport dwar stallazzjoni:
A.
L-informazzjoni dwar l-istallazzjoni, li tinkludi:
—
L-isem ta' l-istallazzjoni;
—
L-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;
—
It-tip u n-numru ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I imwettqa fl-istallazzjoni;
—
L-indirizz, u d-dettalji dwar it-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u
—
L-isem tas-sid ta' l-istallazzjoni, u tal-kumpanija prinċipali.
B.
Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu kkalkolati l-emissjonjiet:
—
L-informazzjoni dwar l-attività;
—
Il-fatturi ta' l-emissjoni;
—
Il-fatturi ta' l-ossidazzjoni;
—
L-emissjonijiet totali; u
—
L-inċertezza.
Ċ.
Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu mkejla l-emissjonjiet:
—
L-emissjonjiet totali;
—
It-tagħrif dwar il-fiduċja tal-metodi tal-kejl; u
—
L-inċertezza.
D.
Għall-emissjonijiet mill-kombustjoni, ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-fattur ta' l-ossidazzjoni, għajr jekk l-ossidazzjoni tkun diġà tqieset fl-iżvilupp ta' fattur speċifiku għall-attività ta' l-emissjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkordinaw il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rappurtaġġ sabiex jimminimizaw it-toqol tar-rappurtaġġ fuq in-negozji. PARTI B – Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kalkolu. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-formola: Konsum tal-karburant × fattur ta’ emissjoni Il-konsum tal-karburant għandu jinkludi l-karburant ikkunsmat mill-ġeneratur awżiljarju. Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira għandu jintuża kull fejn hu possibbli u għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formola: Ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira – ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru wara li jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira sussegwenti + mili tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti. Jekk id-data tal-konsum attwali tal-karburant ma tkunx disponibbli, għandu jintuża metodu standardizzat imqassam f’livelli għall-istima tad-data tal-konsum tal-karburant ibbażat fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli. Għandhom jintużaw il-fatturi ta’ bażi għall-emissjonijiet IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC 2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar preċiżi l-fatturi għall-emissjonijiet marbutin speċifikament mal-attività li waslu għalihom laboratorji indipendenti akkreditati permezz ta’ metodi ta’ analiżi aċċettati. Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa għandu jkun żero. ►M15 Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa li jikkonforma mal-kriterji ta' sostenibbiltà u mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, kif stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva, għandu jkun żero. ◄ ►M14 Il-fattur ta’ emissjoni tal-jet kerosene (Jet A1 jew Jet A) għandu jkun ta’ 3,16 (t CO2/t fjuwil). ◄ L-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika li jużaw l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli konformi mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom jiġu kklassifikati b’emissjonijiet żero għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jużawhom sa ma jiġi adottat l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Direttiva. Għandu jsir kalkolu separat għal kull titjira u għal kull karburant. Ir-rappurtaġġ tal-emissjonijiet Taħt l-Artikolu 14(3) kull operatur tal-inġenji tal-ajru, fir-rapport tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
A.
Data li tiddentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:
—
l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
—
l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
—
l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
—
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw minnu fil-perijodu kopert bir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
—
in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
—
l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
—
l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B.
Għal kull tip ta’ karburant li għalih jiġu kkalkulati l-emissjonijiet:
—
il-konsum tal-karburant,
—
il-fattur tal-emissjoni,
—
l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
—
l-emissjonijiet aggregati minn:
—
it-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajruu li telqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u li waslu f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru,
—
titjiriet kollha oħrajn li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
—
l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu’ fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru u li:
—
telqu minn kull Stat Membru, u
—
waslu f’kull Stat Membru minn pajjiż terz,
—
l-inċertezza.
Il-monitoraġġ tad-data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f Għall-fini tal-applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ kwoti skond l-Artikolu 3e(1) jew l-Artikolu 3f(2), l-ammont tal-attività tal-avjazzjoni għandu jiġi kkalkulat f’tunnellati-kilometru permezz tal-formola li ġejja: tunnellati-kilometru = distanza x tagħbija li tinġarr bi ħlas fejn: “distanza” tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla b’żieda ta’ fattur fiss addizzjonali ta’ 95 km; u “tagħbija li tinġarr bi ħlas” tfisser il-massa totali tal-merkanzija, il-posta u l-passiġġieri li nġarru. Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija li tinġarr bi ħlas:
—
in-numru tal-passiġġieri għandu jkun in-numru ta’ persuni abbord esklużi l-membri tal-ekwipaġġ,
—
operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jagħżel li japplika jew il-massa attwali jew standard għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati li jinsabu fil-massa tiegħu u d-dokumentazzjoni bilanċarja għat-titjiriet rilevanti jew valur ta’ bażi ta’ 100 kg għal kull passiġġier u l-bagalji rreġistrati tiegħu.
Ir-rappurtaġġ ta’ data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 3e(1) jew Artikolu 3f(2):
A.
Data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:
—
l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
—
l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
—
l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
—
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw matul is-sena koperta bl-applikazzjoni għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I,
—
in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
—
l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
—
l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B.
Data f’tunnellati-kilometru:
—
in-numru ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi,
—
in-numru ta’ passiġġieri-kilometri għall kull par ta’ ajrudromi,
—
in-numru ta’ tunnellati-kilometru skond il-pari ta’ ajrudrom,
—
il-metodu magħżul biex tiġi kkalkulata l-massa għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati,
—
in-numru totali ta’ tunnellati-kilometru għat-titjiriet kollha li twettqu matul is-sena relatati mar-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I u li twettqu mill-operatur tal-inġenji tal-ajru.
PARTI C Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-attività msemmija fl-Anness III Monitoraġġ tal-emissjonijiet L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta' kalkolu. Kalkolu L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-formula li ġejja: Fjuwil rilaxxat għall-konsum × il-fattur tal-emissjoni Il-fjuwil rilaxxat għall-konsum għandu jinkludi l-kwantità ta' fjuwil rilaxxat għall-konsum mill-entità regolata. Għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjoni prestabbiliti tal-IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC tal-2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta' dawk il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar eżatti l-fatturi tal-emissjoni marbutin speċifikament mal-fjuwil identifikati minn laboratorji indipendenti akkreditati bl-użu ta' metodi ta' analiżi aċċettati. Għandu jsir kalkolu separat għal kull entità regolata, u għal kull fjuwil. Ir-rapportar tal-emissjonijiet Kull entità regolata għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tagħha:
A.
Data li tidentifika l-entità regolata, inklużi:
—
isem l-entità regolata;
—
l-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;
—
it-tip ta' fjuwils li tirrilaxxa għall-konsum u l-attivitajiet tagħha li permezz tagħhom tirrilaxxa l-fjuwils għall-konsum, inkluż it-teknoloġija użata;
—
l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-faks u d-dettalji tal-posta elettronika għal persuna ta' kuntatt; u
—
isem is-sid tal-entità regolata, u ta' kwalunkwe kumpanija omm.
B.
Għal kull tip ta' fjuwil rilaxxat għall-konsum u li jintuża għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III, li għalih huma kkalkulati l-emissjonijiet:
—
il-kwantità ta' fjuwil rilaxxat għall-konsum;
—
il-fatturi tal-emissjoni;
—
l-emissjonijiet totali;
—
l-użu/i finali tal-fjuwil rilaxxat għall-konsum; u
—
l-inċertezza.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkoordinaw il-ħtiġiet tar-rapportar ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rapportar sabiex jimminimizzaw il-piż tar-rapportar fuq in-negozji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|