|
+Artikolu 4 ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. |
Artikolu 4Artikolu 4 1. Kull sena, l-Istati Membri għandhom itellgħu rapport li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-GLP fit-territorju tagħhom. Dan ir-rapport għandu jkollu lista tal-laboratorji spezzjonati, id-data meta l-ispezzjoni seħħet u taqsira tal-konklużjonijiet ta' l-ispezzjoni. 2. Ir-rapporti għandhom jintbgħatu lill-Kummisjsoni kull sena, mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu. Il-Kummissjoni għandha tikkommunika dan lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7(1). Il-Kumitat jista' jitlob informazzjoni addizzjonali ma' dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan Artikolu. 3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva u informazzjoni kondfidenzali oħra li biha jġibu aċċess bħala riżultat ta' attivitajiet ta' kontroll ta' konformita' mall-GLP hija disponibbli biss lill-Kummissjoni, lill-awtoriajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet maħtura u lill-sponsor laboratorju jew sponsor ta' studju direttament konċernat ma' l-ispezzjoni partikolari jew eżami ta' l-istudju. 4. l-ismijiet ta' laboratorji soġġetti għall-ispezzjoni minn awtorita' maħtura, l-istat ta' konformita' mall-GLP u d-dati meta l-ispezzjonijiet tal-laboratorji jew eżami ta' studji ġew kondotti għandhom ikunu kkunsidrati li huma kunfidenzali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|