|
+ANNESS IV Għanijiet ta’ kwalità tad-datau ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja |
ANNESS IV Għanijiet ta’ kwalità tad-datau ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arjaANNESS IV Għanijiet ta’ kwalità tad-data u ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja I. Għanijiet ta’ kwalità tad-data L-għanijiet ta’ kwalità tad-data li ġejjin huma provduti bħala gwida sabiex tiġi żgurata l-kwalità.
L-inċertezza tal-metodi wżati għall-stima tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-arja ambjentali (espressi F’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %) għandha tiġi stmata skond il-prinċipji tal-Gwida tas-CEN għall-Espressjoni ta’ Inċertezza fil-kejl (ENV 13005-1999), il-metodoloġija tal-ISO 5725:1994, u l-gwida provduta fir-Rapport tas-CEN dwar il-Kwalità ta’ l-Arja – Approċċ għall-inċertezza fil-stima tal-metodi ta’ kejl tar-referenza ta’ l-arja ambjentali (CR 14377:2002E). Il-perentaġġi ta’ l-inċertezza jingħataw għal kejl individwali, li tiegħu tittieħed medja tal-ħinijiet tipiċi ta’ meta jinġabru l-kampjuni, għal intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %. L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi interpretata bħala applikabbli fir-reġjun tal-valur ta’ mira xieraq. Kejl fiss u indikattiv għandu jinqasam b’mod uniformi matul is-sena kollha sabiex ikun evitat li r-riżultat li jiġi distort. Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tad-data minima u tal-ħin kopert ma jinkludux it-telf ta’ data minħabba l-ikkalibrar regolari jew il-manutenzjoni ta’ l-istrumentazzjoni. Il-ġbir ta’ kampjuni tul erbgħa u għoxrin siegħa hu meħtieġ għall-kejl ta’ benzo(a)pirene u idrokarboni aromatiċi poliċikliċi oħra. Kampjuni individwali li jkunu ttieħdu matul perjodu ta’ mhux aktar minn xahar jistgħu, bl-attenzjoni meħtieġa, jiġu abbinati u analizzati bħala kampjun kompost, sakemm il-metodu jkun jiżgura li l-kampjuni għal dak il-perjodu jkunu stabbli. Jista’ jkun diffiċli li tirriżolvi b’mod analitiku it-tliet komposti kimiċi benzo(b)fluworantene, benzo(j)fluworantene, benzo(k)fluworantene. F’każijiet bħal dawn jistgħu jiġu rrappurtati bħala total. ►M2 ————— ◄ Il-ġbir ta’ kampjuni għandu jinfirex b’mod uniformi matul il-ġranet tal-gimgħa u s-sena. Għall-kejl tar-rati ta’ depożizzjoni hu rakkomandat il-ġbir ta’ kampjuni kull xahar, jew kull ġimgħa matul is-sena kollha. Id-dispożizzjonijiet dwar kampjuni individwali fil-paragrafu preċedenti japplikaw ukoll għall-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-merkurju fi stat gassuż totali. Barra minn hekk, il-ġbir ta' sottokampjuni ta' filtri PM10 għall-metalli għal analiżi sussegwenti huwa permess, sakemm ikun hemm evidenza li s-sottokampjun huwa rappreżentattiv tal-kunsinna kollha u li ma tiġix kompromessa s-sensittività tad-detezzjoni bi tqabbil mal-objettivi rilevanti tal-kwalità tad-dejta. Bħala alternattiva għall-ġbir ta' kampjuni ta' kuljum, il-ġbir ta' kampjuni ta' kull ġimgħa għall-metalli f'PM10 huwa permess, sakemm il-karatteristiċi ta' ġbir ma jiġux kompromessi. L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema ta’ ġbir ta’ kampjuni umdi minflok dik tal-massa jekk jistgħu juru li d-differenza bejniethom hi anqas minn 10 %. Ir-rati ta’ depożizzjoni għandhom ġeneralment jingħataw bħala μg/m2 għal kull ġurnata. L-Istati Membri jistgħu japplikaw reġistrazzjoni ta’ ħin minimu anqas milli indikat fit-tabella iżda mhux anqas minn 14 % għal kejl fiss u 6 % għal kejl indikattiv bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu juru li tista’ tintlaħaq l-inċertezza estiża ta’ 95 % għall-medja annwali, ikkalkolata mill-għanijiet tal-kwalità ta’ data fit-tabella skond l-ISO 11222:2002 – “Id-determinazzjoni ta’ l-inċertezza tal-medja tal-ħin tal-kejl tal-kwalità ta’ l-arja”. II. Ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja Meta jintuża mudell tal-kwalità ta’ l-arja għal skop ta’ stima, għandhom jinġabru riferenzi għad-deskrizzjoni tal-mudell u għall-informazzjoni dwar l-inċertezza. L-inċertezza għall-mudellar tiġi definita bħala d-devjazzjoni massima tal-livelli ta’ konċentrazzjoni mkejlin u kkalkolati, tul sena sħiħa, mingħajr ma jittieħed kont tal-ħin ta’ meta dawn ġraw. III. Ir-rekwiżiti għal tekniki ta’ stima objettivi Fejn jintużaw tekniki ta’ stima objettiva l-inċertezza ma għandhiex taqbeż il-100 %. IV. L-istandardizzazzjoni Sabiex ikunu analizzati sustanzi fil-frazzjoni PM10 il-volum tal-ġbir ta’ kampjuni jirreferi għal kondizzjonijiet ambjentali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||