|
+Artikolu 4 Regoli ġenerali u mġieba ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. |
Artikolu 4 Regoli ġenerali u mġiebaArtikolu 4 Regoli ġenerali u mġieba 1. Il-permessi speċjali tas-sajd, referuti fl-Artikolu 3, jew kopja awtentikata tagħhom, għandhom jkun miżmuma abbord id-dgħajjes tas-sajd u għandhom ikunu disponibli fi kwalunkwe ħin għall-ispezzjoni mill-ispettur CCAMLR. 2. Kull Stat Membru għandu jassigura li d-dgħajjes tas-sajd kollha tal-Komunità li jtajjru il-bandiera tiegħu għandhom jinnotifikawh bid-dħul u bil-ħruġ mill-portijiet kollha, bid-dħul u bil-ħruġ tagħhom miż-żona tal-Konvenzjoni u bil-movimenti tagħhom bejn is-subżoni u d-diviżjonijiet ta' l-istatistika tal-FAO. 3. Kull Stat Membru għandu jivverifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mad-data li tkun waslet permezz tas-sistemi VMS li jitħaddmu abbord dgħajjes tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tiegħu. Hu għandu jittrażmetti d-data VMS lis-Segretarjat tas-CCAMLR bi trażmissjoni bil-kompjuter fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħha, b’ mod kunfidenzjali skond ir-regoli tal-kunfidenzjalità stabbiliti mis-CCAMLR. 4. Fil-każ ta' ħsara teknika tas-sistema tal-VMS abbord dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika malajr kemm jista jkun possibli lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, bl-isem tad-dgħajjsa, u il-ħin, id-data u l-posizzjoni tad-dgħajjsa meta is-sistema VMS tkun waqqfet milli topera. Malli s-sistema VMS terġa tkun operazzjonali, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma b'dan mingħajr dewmien lill-CCAMLR. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|