|
+Artikolu 12 Sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforz ---+Article 12 1. ---+Article 12 2. ---+Article 12 3. ---+Article 12 4. |
Artikolu 12 Sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforzArtikolu 12 Sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforz 1. Għall-iskopijiet tas-sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforz, kull xahar kalendarju għandu jkun diviż f'sitt perijodi tar-rapportaġġ, innominati bl-ittru A, B, C, D, E u F u li jibdew mill-jum wieħed sal-jum 5, mill-jum 6 sal-jum 10, mill-jum 11 sal-jum 15, mill-jum 16 sal-jum 20, mill-jum 21 sal-jum 25, u mill-jum 26 sa l-aħħar jum tax-xahar. 2. Din is-sistema għandha tkun applikabli għal kull staġun tas-sajd dwar: (a) is-sajd għall-Champsocephalus gunnari fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO; (b) is-sajd għall-Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 48.3 u 48.4 tal-FAO; (ċ) għas-sajd eploratorju għall-Dissostichus eleginoides fiż-Żona kollha tal-Konvenzjoni, għal rettangoli ta' skala żgħir kif definiti fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 600/2004. 3. B'segwiment tan-notifika mill-CCAMLR ta' l-għeluq ta' sajd bil-każ ta' nuqqas li jkun trasmess ir-rapport tal-qabda u l-isforz referut f'dan l-Artikolu, id-dgħajjsa jew id-dgħajjes ikkonċernati għandhom jieqfu joperaw immedjetament mis-sajd f'dak il-każ u għandhom ikunu awtorizzati li jerġgħu jibdew bis-sajd biss meta r-rapport jew, skond kif xieraq, spjegazzjoni tad-diffikultajiet tekniċi li jkunu jiġġustifikaw in-nuqas tal-preżentazzjoni tar-rapport, ikunu ntbgħatu lejn il-CCAMLR. 4. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|