Artikolu 9
Rapport tal-qabda u tal-isforz
1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti għal tlett sistemi ta' rapportaġġ tal-qabda u ta' l-isforz li jikkorespondu mal-perijodi referuti fl-Artikoli 10, 11 u 12 għall-ispeċje differenti u għaż-żoni, subżoni u diviżjonijiet ikkonċernati ta' l-istatistika tal-FAO.
2. Ir-rapport tal-qbda u tal-isforz għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-perijodu f'dak il-każ:
(a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata;
(b) il-marka esterna ta' l-identifikazzjoni tagħha;
(ċ) il-qabda totali tal-ispeċje relevanti;
(d) in-numru totali ta jiem u siegħat involuti fis-sajd;
(e) il-qabdiet tal-ispeċje kollha u tal-ispeċje tal-qabdiet sekondarji li jkunu nżammu abbord matul il-perijodu tar-rapportaġġ;
(f) fil-każ ta' sajd bil-konz fit-tul, in-numru ta' snanar.
3. Il-kaptani tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom jippreżentaw rapport dwar il-qabda u l-isforz lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera mill-anqas jum wieħed mid-data tat-tmiem tal-perijodu relevanti tar-rapportaġġ refererut fl-Artikoli 10, 11 u 12.
▼M1
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill CCAMLR, b’kopja lill-Kummissjoni, bi trażmissjoni bil-kompjuter, mill-anqas fi żmien tlett ijiem mid-data tat-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ, tar-rapport tal-qabda u l-isforz trażmess minn kull bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom u rreġistrat fil-Komunità. Kull rapport tal-qabda u ta’ l-isforz għandu jispeċifika l-perijodu ta’ rapportaġġ tal-qabda kkonċernata.
▼M1 —————
▼B
6. Is-sistemi tar-rapportaġġ tal-qabda u l-isforz għandhom ikunu applikabli għal speċje miġbura għal skopijiet ta' riċerka xjentifika, kull meta il-qabda matul perijodu partikolari tkun teċċedi ħames tunnellati, apparti minn meta aktar regolamenti speċifiċi jkunu applikabbli għal dawk l-ispeċje partikolari.
7. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).