+SECTION 2 MONTHLY FINE-SCALE DATA REPORTING SYSTEMS FOR TRAWL, LONGLINE AND POT FISHERIES
---+Artikolu 13 Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-datail-qabda u l-isforz
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.
------+Article 13 5.
---+Artikolu 14 Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-datafuq skala bioloġika fina
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
------+Article 14 4.
------+Article 14 5.
---+Artikolu 15 L-għeluq tas-sajd fuq il-bażi ta' nuqqas li jkun ippreżentat rapport

SECTION 2 MONTHLY FINE-SCALE DATA REPORTING SYSTEMS FOR TRAWL, LONGLINE AND POT FISHERIES

SECTION 2 MONTHLY FINE-SCALE DATA REPORTING SYSTEMS FOR TRAWL, LONGLINE AND POT FISHERIES

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-datail-qabda u l-isforz

Artikolu 13

Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-data il-qabda u l-isforz

1.  Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom jitrasmettu lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li huma jtajjru il-bandiera tiegħu, għal kull staġun tas-sajd, sal-15 il-jum ta' xahar li jsegwi lill-dak li fih is-sajd ikun seħħ, data tal-qabda u l-isforz fuq skala żgħira għax-xahar ikkonċernat, rigward, skond kif xieraq, it-tkarkir, ix-xlief fit-tul jew is-sajd bin-nases, għal dawn l-ispeċje u ż-żoni li ġejjin:

(a)  Champsocephalus gunnari fis-subdiviżjoni tal-istatistika 58.5.2 u fis-subżona 48.3 tal-FAO;

(b)  Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 48.3 u 48.4 tal-FAO;

(ċ)  Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 58.5.2 tal-FAO;

(d)  Electrona carlsbergi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO;

(e)  Martialia hyadesi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO;

(f)  Paralomis spp. (l-ordni ta' Decapoda, subordni Repantia) fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO, apparti milli dik operata matul l-ewwel fażi tal-iskema tas-sajd esploratorju CCAMLR għal dawk l-ispeċje u subżona.

2.  Fil-każ tas-sajd referut fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (f), id-data għandha tkun irraportata għal kull tqegħid ta' nases, u fil-każi l-oħrajn għal kull erfiegħ.

3.  Il-qabdiet kollha tal-ispeċje immirati u dawk sekondarji għandhom ikunu irraportati għall-ispeċje individwali. Id-data għandha tinkludi in-numri ta' L-għasafar tal-baħar u mammali marini ta' kull speċje maqbuda u rilaxxati jew maqtula.

▼M1

4.  L-Istati Membri għandhom jittrażmetti d-data msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-CCAMLR fit-tmiem ta’ kull xahar kalendarju, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.

▼B

5.  Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 14 Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-datafuq skala bioloġika fina

Artikolu 14

Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-data fuq skala bioloġika fina

1.  Id-dgħajjes tal-Komunità għandhom jitrasmettU lejn l-awtoritajiet kompetneti tal-Istati Membri li huma jtajjru il-bandiera tagħhom, skond l-isteSs kondizzjonijiet u għal-istess tipi ta' sajd bħal dawk referuti fl-Artikolu 13, kampjuni repreżentattivi tal-kejl tat-tul u tal-komposizzjoni tal-ispeċje immirati u tal-ispeċje sekondarji miġbura waqt is-sajd.

2.  Il-kejl tat-tul tal-ħut għandu jkun imqarreb l-isfel lejn l-eqreb ċentimetru u kampjuni rapreżentattivi tal-komposizzjoni tat-tul għandhom ikunu miġbura minn rettangoli fi gradilja singola bi skala irqieqa (0,5o latitudini bi 1o lonġitudini). Meta dgħajjsa tiċċaqqlaq minn rettangolu ta' skala żgħira lejn ieħor matul il-korsa ta' xahar, komposizzjonijiet separati tat-tul għandhom ikunu ippreżentati għal kull rettangolu.

3.  Fil-każ ta' data li tikkonċerna t-tip ta' sajd referut fl-Artikolu 13(1)(d), kampjun rapreżentattiv għandu jinkludi mhux anqas minn 50 ħuta.

▼M1

4.  Fi tmiem kull xahar, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu n-notifika li jkunu rċevew lill-CCAMLR.

▼B

5.  Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 15 L-għeluq tas-sajd fuq il-bażi ta' nuqqas li jkun ippreżentat rapport

Artikolu 15

L-għeluq tas-sajd fuq il-bażi ta' nuqqas li jkun ippreżentat rapport

Meta il-CCAMLR tinnotifika xi Stat Membru li s-sajd ikun ġie magħluq minħaba n-nuqqas li jkun ġie ippreżentat rapport kif hemm provediment dwar dan fl-Artikoli 13 u 14, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li d-dgħajjes tiegħu li jipparteċipaw f'dak it-tip ta' sajd għandhom jieqfu immedjetament mis-sajd tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2010 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0601
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.