|
+Artikolu 21 L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar ---+Article 21 1. ---+Article 21 2. ---+Article 21 3. ---+Article 21 4. ---+Article 21 5. ---+Article 21 6. ---+Article 21 7. ---+Article 21 8. |
Artikolu 21 L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħarArtikolu 21 L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar 1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-ispetturi CCAMLR li jistgħu ikunu abbord kwalunkwe dgħajjsa tad-sajd tal-Komunità, jew, b'arranġament ta' Parti Kontraenti oħra, abbord id-dgħajjsa ta' dan ta' l-aħħar, involuta fi jew li dalwaqt tkun involuta bil-ġbir tar-riżorsi marittimi ħajjin jew f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika relatati mas-sajd tar-riżorsi fiż-żona tal-Konvenzjoni. 2. L-ispetturi CCAMLR għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti apparti minn dik tal-Komunià jew ta' l-Istati Membri tagħha fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar il-konformità mal-miżuri applikabli tal-konservazzjoni kif adottati mill-CCAMLR u, fil-każ ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità, dwar il-konformità ma kwalunkwe miżuri ta' konservazzjoni jew kontroll relatati mas-sajd tar-riżorsi li huma applikabli għal dawk id-dgħajjes. 3. L-ispetturi CCAMLR għandhom ikunu familjari ma l-attivitajiet tas-sajd u tar-riċerka xjentifika li dwarhom ikunu sejrin iwettqu l-ispezzjonijiet, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni u tal-miżuri ta' konservazzjoni kif adottati permezz tagħha. L-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw il-kwalifiki ta' kull spettur li huma jinnominaw. 4. L-ispetturi għandhom ikunu ċittadini tal-Istat Membru li jkun jinnominhom u, waqt li jwettqu l-attività tal-ispezzjonijiet, għandhom ikunu suġġetti solament għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru. Huma għandhom ikunu mogħtija l-istatus ta' uffiċjal tal-vapur sakemm ikunu abbord u għandhom ikunu kapaci li jikkomunikaw fil-lingwa tal-Istat tal-bandiera tad-dgħajjes li fuqhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom. 5. Kull spettur CCAMLR għandu jkollu fuqu dokument ta' l-identità approvat jew ipprovdut mill-CCAMLR u maħruġ mill-Istat Membru li jkun wettaq in-nomina. Dak id-dokument għandu jindika li l-ispettur ikun ġie innominat li jwettaq l-ispezzjonijiet bi qbil mas-sistema ta' l-osservazzjoni u ta' l-ispezzjoni tal-CCAMLR. 6. L-Istati Membri għandhom jitrasmettu l-ismijiet tal-ispetturi li huma jonnominaw, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR fi żmien 14 il-jum min-nomina tagħhom. 7. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-sistema. 8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|