|
+Artikolu 25 Rapport tal-ispezzjoni ---+Article 25 1. ---+Article 25 2. ---+Article 25 3. ---+Article 25 4. ---+Article 25 5. |
Artikolu 25 Rapport tal-ispezzjoniArtikolu 25 Rapport tal-ispezzjoni 1. L-ispezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa bi qbil ma l-Artikolu 24 għandhom ikunu suġġetti għal rapport tal-ispezzjoni fil-għamla approvata mill-CCMALR, li jkun imħejji kif ġej: (a) L-ispetturi CCAMLR għandhom iressqu rapport dwar xi allegat ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu fis-seħħ. L-ispetturi għandhom jippermettu lill-Kaptan tad-dgħajjsa li fuqa ikun titwettaq l-ispezzjoni sabiex jikkumenta, fuq il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni, dwar xi aspett tal-ispezzjoni; (b) l-ispetturi għandhom jiffirmaw il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tad-dgħajjsa spezzjonata għandu jkun mistieden li jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni sabiex jikkonferma li jkun irċieva kopja tar-rapport. 2. L-ispettur CCAMLR għandu jipprovdi kopja tal-formola tal-ispezzjoni flimkien mar-ritratti u l-video lejn l-Istat Membru li jkun innominaħ, mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tar-ritorn tiegħu lejn port. 3. L-Istat Membru tan-nomina għandu jitrasmetti kopja tal-formola tal-ispezzjoni mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tal-wasla tiegħu, flimkien ma żewġ kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-CCAMLR. L-Istat Membru għandu wkoll jitrasmetti kopja waħda tar-rapport flimkien mal-kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-Kummissjoni mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data tal-wassla tiegħu flimkien ma xi rapport supplementari dwar l-informazzjoni trasmessa sussegwentament lejn il-CCAMLR rigward ir-rapport tal-ispezzjoni. 4. Xi Stat Membru li jirċievi rapport tal-ispezzjoni jew xi rapporti jew informazzjoni supplementari, inklużi rapport permezz ta' l-Artikolu 24(6), li jikkonċernaw dgħajjsa li ittajjar il-bandiera tiegħu għandu jitrasmetti kopja lejn il-CCMALR u għandu wkoll jitrasmetti kopja mingħajr dewmien lejn il-Kummissjoni, u jinkludi kopja ta' xi kummenti u/jew osservazzjonijiet li setgħu kienu trasmessi lejn il-CCAMLR b'segwiment tal-wassla ta' tali rapporti jew informazzjoni. 5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|