+SECTION 2 NON-CONTRACTING PARTY VESSELS
---+Artikolu 32 Attivitajiet IUU mwettqa minn dgħajjes tal-Partijiet mhux-Kontraenti
------+Article 32 1.
------+Article 32 2.
---+Artikolu 33 Spezzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti
------+Article 33 1.
------+Article 33 2.
---+Artikolu 34 Informazzjoni dwar dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti
------+Article 34 1.
------+Article 34 2.
------+Article 34 3.
------+Article 34 4.
---+Artikolu 35 Miżuri fir-rigward ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

SECTION 2 NON-CONTRACTING PARTY VESSELS

SECTION 2 NON-CONTRACTING PARTY VESSELS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 Attivitajiet IUU mwettqa minn dgħajjes tal-Partijiet mhux-Kontraenti

Artikolu 32

Attivitajiet IUU mwettqa minn dgħajjes tal-Partijiet mhux-Kontraenti

1.  Dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti li tkun dehret involuta f'attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni jew li tkun ġiet miċħuda aċċess għall-port, ħatt jew trasbord bi qbil ma l-Artikolu 27 għandha tkun preżunta li tkun wettqet attivitajiet IUU li jkunu imminaw l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR.

2.  Fil-każ ta' attivitajiet ta' trasbord ġeww fil, jew il-barra mil, żona tal-Konvenzjoni, li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' dgħajjsa misjuba ta' Parti mhux-Kontraenti, il-preżunzjoni li l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR ikunu ġew imminati għandha tkun tapplika wkoll għal xi dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti li tkun involuta f'dawk l-attivitajiet ma dik id-dgħajjsa.

Artikolu 33 Spezzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

Artikolu 33

Spezzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti kif referuta fl-Artikolu 32 li tidħol fil-portijiet tagħhom tkun spezzjonata mill-awtoritajiet kompetenti bi qbil ma l-Artikolu 27.

2.  Id-dgħajjes spezzjonati bis-saħħa tal-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu mħollija li jħottu jew li jagħmlu trasbord ta' xi speċje ta' ħut li huma suġġetti għall-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li huma jistgħu ikollhom abbord apparti minn meta d-dgħajjsa tistabbilixxi li l-ħut kien inqabad b'konformità ma tali miżuri u mal-ħtiġiet permezz tal-Konvenzjoni.

Artikolu 34 Informazzjoni dwar dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

Artikolu 34

Informazzjoni dwar dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

1.  Stat Membru li jiskopri dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontreanti jew jiċħah li jħalliha tidħol fil-port, li tħott jew li tagħmel trasbord permezz ta' l-Artikoli 32 u 33 għandu jagħmel sforz sabiex jinforma lid-dgħajjsa li hija tkun assumita bħala li tkun imminat l-għan tal-Konvenzjoni u li din l-informazzjoni sejra tkun trasmessa lejn il-Partijiet Kontraenti kollha, lejn il-CCAMLR u lejn l-Istat tal-bandiera tad-dgħajjsa.

2.  L-Istati Membri għandhom immedjetament jitrasmettu lejn il-Kummissjoni l-informazzjoni li tirrigwarja is-sejbien, iċ-ċaħda tad-dħul fil-port, il-ħatt jew it-trasbord, u tar-riżultati ta' l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fil-portijiet tagħhom, u ta' xi azzjoni sussegwenti li huma jkunu ħadu fir-rigward tad-dgħajjsa ikkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik l-informazzjoni immedjetament lejn il-CCAMLR.

3.  L-Istati Membri jistgħu fi kwalunkwe waqt jippreżentaw lill-Kummissjoni għal trasmissjoni immedjata lejn il-CCMALR b'xi informazzjoni addizzjonali, li tista tkun relevanti għall-identifikazzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti li tista tkun twettaq attivitajiet IUU tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri ta' kull sena bid-dgħajjes tal-Parti mhux-Kontreanti li jkunu jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU adottata mill-CCAMLR.

Artikolu 35 Miżuri fir-rigward ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

Artikolu 35

Miżuri fir-rigward ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

L-Artikoli 30(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dgħajjew ta' Parti mhux-Kontraenti elenkati fil-lista ta' dgħajjes IUU referuta fl-Artikolu 34(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2010 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0601
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.