|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki ta’ sustanzi niġġiesa fi kwalunkwe waħda miż-żoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1) jitqiesu bħala ksur, sakemm:
(a)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness I tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1, 4.2 jew 4.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 1.1.1 tal-parti II-A tal-Kodiċi Internazzjonali għall-Vapuri li Joperaw f’Ilmijiet Polari (“Kodiċi Polari”);
(b)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness II tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II Regolamenti 13, 3.1.1, 3.1.2 jew 3.1.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 2.1 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari;
(c)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness III tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III Regolament 8.1 tal-Marpol 73/78;
(d)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness IV tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV Regolamenti 3, 11.1 u 11.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 4.2 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari;
(e)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness V tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V Regolamenti 4.1, 4.2, 5, 6.1, 6.2 u 7 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 5.2 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari; u
(f)
għar-residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI Regolamenti 4, 14.1, 14.4, 14.6, 3.1.1 u 3.1.2 tal-Marpol 73/78, filwaqt li jqisu l-Linji Gwida żviluppati mill-IMO, inkluża r-Riżoluzzjoni MEPC.340(77) fil-verżjoni aġġornata tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|