+Artikolu 4 Ksur u eċċezzjonijiet
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
|
Artikolu 4 Ksur u eċċezzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki ta’ sustanzi niġġiesa fi kwalunkwe waħda miż-żoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1) jitqiesu bħala ksur, sakemm:
(a)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness I tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1, 4.2 jew 4.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 1.1.1 tal-parti II-A tal-Kodiċi Internazzjonali għall-Vapuri li Joperaw f’Ilmijiet Polari (“Kodiċi Polari”);
(b)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness II tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II Regolamenti 13, 3.1.1, 3.1.2 jew 3.1.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 2.1 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari;
(c)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness III tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III Regolament 8.1 tal-Marpol 73/78;
(d)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness IV tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV Regolamenti 3, 11.1 u 11.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 4.2 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari;
(e)
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness V tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V Regolamenti 4.1, 4.2, 5, 6.1, 6.2 u 7 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 5.2 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari; u
(f)
għar-residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI Regolamenti 4, 14.1, 14.4, 14.6, 3.1.1 u 3.1.2 tal-Marpol 73/78, filwaqt li jqisu l-Linji Gwida żviluppati mill-IMO, inkluża r-Riżoluzzjoni MEPC.340(77) fil-verżjoni aġġornata tagħha.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li kwalunkwe kumpanija, jew persuna ġuridika jew fiżika oħra li tkun wettqet xi ksur skont it-tifsira tal-paragrafu 1 tinżamm responsabbli għalih.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0035
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|