+Artikolu 10d Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw skariki illegali potenzjali u protezzjoni tad-data personali tagħhom
---+Artikolu 10d 1.
---+Artikolu 10d 2.
---+Artikolu 10d 3.

Artikolu 10d Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw skariki illegali potenzjali u protezzjoni tad-data personali tagħhom

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10d 1.
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tagħmel aċċessibbli u żżomm kanal ta’ rapportar estern online kunfidenzjali biex tirċievi rapporti, skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), dwar ksur potenzjali ta’ din id-Direttiva u għandha tgħaddi tali rapporti lill-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 10d 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jirċievu rapporti ta’ ksur ta’ din id-Direttiva, sottomessi permezz tal-kanal imsemmi fil-paragrafu 1, jinvestigaw, jaġixxu meta xieraq, jipprovdu feedback f’waqtu, u segwitu dwar dawk ir-rapporti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937.
Artikolu 10d 3.
Il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikolu 25(1), il-punti (c) u (h), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u skont l-Artikolu 25(2) tiegħu, tillimita l-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 14 sa 22, 35 u 36 ta’ dak ir-Regolament għas-suġġetti tad-data li huma l-oġġett ta’ jew li huma msemmija fir-rapport ippreżentat permezz tal-kanal imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li mhumiex is-suġġetti tad-data li jissottomettu dan ir-rapport. Dik ir-restrizzjoni tista’ tapplika biss għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-investigazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.