|
+ANNESS II Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c |
ANNESS II Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c
ANNESS II Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c 1. Għal kull inċident ta’ tniġġis ivverifikat u kkonfermat minn Stat Membru, l-informazzjoni fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:
(a)
id-data tal-inċident;
(b)
l-identifikazzjoni tal-vapur involut fl-inċident;
(c)
il-pożizzjoni (latitudni u lonġitudni) tal-inċident ta’ tniġġis;
(d)
il-firxa tal-inċident ta’ tniġġis (żona u tul), jekk applikabbli;
(e)
it-tip ta’ sustanza niġġiesa;
(f)
l-Istat(i) Membru/i involut(i);
(g)
deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika tal-inċident ta’ tniġġis;
(h)
id-data u l-ħin tal-attivitajiet ta’ verifika u l-assi li ntużaw għall-attivitajiet ta’ verifika;
(i)
dettalji tal-penali amministrattiva imposta. 2. Għal kull Stat Membru, l-informazzjoni aggregata li tinsab fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:
(a)
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet identifikati;
(b)
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati fuq il-post mill-Istat Membru;
(c)
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati b’mezzi oħra mill-Istat Membru;
(d)
l-għadd ta’ inċidenti kkonfermati ta’ tniġġis wara verifika (iddettaljat għal kull żona: ibħra territorjali, ŻEE, ibħra internazzjonali);
(e)
l-għadd ta’ trasgressuri identifikati;
(f)
l-għadd ta’ każijiet meta ġiet imposta penali. 3. Sommarju, għall-finijiet ta’ referenza biss, tal-partijiet rilevanti tal-Marpol 73/78, li għandu jiġi aġġornat kull meta jkun hemm bidliet fil-Marpol 73/78 rilevanti għal din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|