|
+Artikolu 1 Għan u kamp ta’ applikazzjoni ---+Article 1 1. ---+Article 1 2. ---+Article 1 3. |
Artikolu 1 Għan u kamp ta’ applikazzjoniArtikolu 1 Għan u kamp ta’ applikazzjoni Din id-Direttiva tistabbilixxi disposizzjonijiet: (a) għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm; (b) għall-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm; u (c) għall-proviżjoni ta’ informazzjoni lill-pubbliku dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent u li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem billi tikkomplimenta d-Direttiva 2000/60/KE. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe element ta’ ilma tal-wiċċ fejn l-awtorità kompetenti tistenna numru kbir ta’ nies li jmorru sabiex jgħumu u fejn ma tkunx imponiet xi projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm, jew ħarġet xi avviż permanenti kontra l-għawm (minn hawn ‘il quddiem “ilma għall-għawm”). Ma għandhiex tapplika għal: (a) pixxini għall-għawm u pixxini ta’ spas; (b) ilmijiet magħluqa soġġetti għal trattamenti jew użati għal għanijiet terapewtiċi; (c) ilmijiet magħluqa, maħluqa artifiċjalment, separati minn ilma tal-wiċċ u minn ilma ta’ taħt l-art. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|