+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.

Artikolu 8

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista ta' pollutanti u indikaturi ta’ tniġġis l-istandards ta' kwalità korrispondenti għal dawk il-pollutanti stabbiliti fl-Anness I sal-11 ta’ Mejju 2032 u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva mar-rieżami biex taġġorna l-lista ta' pollutanti u l-istandards ta' kwalità korrispondenti.
Artikolu 8 2.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista ta' pollutanti u indikaturi ta’ tniġġis li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu għalihom valuri ta’ limitu nazzjonali stabbiliti fil-Parti B tal-Anness II sal-11 ta’ Mejju 2032 u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva mar-rieżami biex tiġi aġġornata l-lista ta' pollutanti fil-Parti B tal-Anness II.
Artikolu 8 3.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-repożitorju tal-valuri ta' limitu armonizzati fil-Parti D tal-Anness II sal-11 ta’ Mejju 2032 u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva mar-rieżami biex taġġorna r-repożitorju u l-valuri ta' limitu armonizzati fil-Parti D tal-Anness II.
Artikolu 8 4.
Meta twettaq ir-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA skont il-paragrafu 6.
Artikolu 8 5.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a biex temenda l-Partijiet A u C tal-Anness II u l-Annessi III u IV dwar linji gwida għall-istabbiliment ta' valuri ta' limitu mill-Istati Membri, informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-pollutanti u l-indikaturi ta’ tniġġis li għalihom ġew stabbiliti valuri ta' limitu, il-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta' taħt l-art u l-identifikazzjoni u t-treġġigħ lura ta' tendenzi sinifikanti u sostnuti 'l fuq sabiex jiġu adatti għall-progress xjentifiku u tekniku.
Artikolu 8 6.

Bl-iskop li tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-Annessi I u II, l-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi. Dawk ir-rapporti għandhom iqisu dawn li ġejjin:

(a) 

l-opinjoni tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju (RAC) u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC) tal-ECHA;

(b) 

ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE;

(c) 

ir-rieżami tar-riżultati tal-monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 6a(8) ta' din id-Direttiva;

(d) 

l-eżitu tar-rieżamijiet tal-Annessi tad-Direttiva 2008/105/KE u tad-Direttiva (UE) 2020/2184;

(e) 

l-informazzjoni u r-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija;

(f) 

il-programmi ta' riċerka u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-Unjoni, inkluż l-informazzjoni l-aktar reċenti disponibbli li tirriżulta minn teknoloġiji ta' telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja, bħas-servizzi ta' Copernicus, minn sensuri u apparati in situ u mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji ġodda, li jistgħu jkunu jinkludu l-intelliġenza artifiċjali u analiżi u pproċessar avvanzati tad-data;

(g) 

il-kummenti u l-informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi awtoritajiet regolatorji nazzjonali u korpi rilevanti oħra;

(h) 

rakkomandazzjonijiet mill-gruppi ta' ħidma stabbiliti skont l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva 2000/60/KE.

Ir-rapporti xjentifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu proposti għal standards ta' kwalità jew valuri ta' limitu għall-kontaminanti rispettivi jew indikaturi ta' tniġġis kif ukoll metodu analitiku xieraq.

Artikolu 8 7.
Kull sitt snin, l-ECHA għandha tħejji u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi mħejjija skont il-paragrafu 6. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni sal-11 ta’ Mejju 2030.
Artikolu 8 8.
Meta twettaq ir-rieżami li jmiss imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tistabbilixxi standard ta' kwalità għall-PFAS Totali fl-ilma ta' taħt l-art u għandha timmira li tikkomplementa l-gwida dwar il-monitoraġġ tal-PFAS Totali fl-ilma tax-xorb, żviluppata f'konformità mal-Artikolu 13(7) tad-Direttiva (UE) 2020/2184, biex tagħmilha applikabbli għall-monitoraġġ tal-PFAS Totali fl-ilma ta' taħt l-art. L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw diġà dik il-gwida biex jimmonitorjaw il-PFAS Totali fl-ilmijiet ta' taħt l-art u jirrapportaw id-data f'konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE. Fid-dawl tat-tossiċità, il-persistenza u l-prevalenza tal-aċidu trifluworoaċetiku (TFA) fl-ambjent, il-Kummissjoni, fir-rieżami li jmiss, għandha tikkunsidra wkoll li tistabbilixxi standard ta' kwalità għat-TFA separatament, jew bħala parti minn għadd totali, fl-Anness I ta' din id-Direttiva.
Artikolu 8 9.
Meta jkun imissha twettaq ir-rieżami li jmiss imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk għandhiex tistabbilixxi standards ta' kwalità għall-għadd totali ta' farmaċewtiċi magħżula skont il-mod ta' azzjoni u għall-għadd totali ta' bisfenoli; għal din ir-raġuni ‘għadd totali ta' farmaċewtiċi magħżula skont il-mod ta' azzjoni’ u ‘għadd totali ta' bisfenoli’ huma elenkati fl-Anness V tad-Direttiva 2006/118/KE. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk jistax jittieħed approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għall-għadd totali ta' farmaċewtiċi u għall-għadd totali ta' bisfenoli fl-ilma ta' taħt l-art, appoġġat minn metodi ta' monitoraġġ xierqa.
Artikolu 8 10.
Meta jkun imissha twettaq ir-rieżami li jmiss imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk għandhiex tirrevedi l-istandards ta' kwalità fl-Anness I għall-pestiċidi individwali, l-għadd totali ta' pestiċidi u għall-metaboliti mhux rilevanti fl-ilma ta' taħt l-art.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.