+ANNESS II VALURI TA' LIMITU GĦAL POLLUTANTI TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART U INDIKATURI TAT-TNIĠĠIŻ

ANNESS II VALURI TA' LIMITU GĦAL POLLUTANTI TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART U INDIKATURI TAT-TNIĠĠIŻ




ANNESS II

VALURI TA' LIMITU GĦAL POLLUTANTI TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART U INDIKATURI TAT-TNIĠĠIŻ

Parti A

Linji gwida għall-istabbiliment ta' valuri ta' limitu Mill-istati Membri skond l-artikolu 3

L-Istati Membri jistabbilixxu valuri ta' limitu għal pollutanti kollha u indikaturi tat-tniġġiż li, skond il-karatterizzazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE, jikkaratterizzaw il-mases jew gruppi ta' mases ta' l-ilma taħt l-art li huma f'riskju li jonqsu milli jiksbu stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art.

▼M2

F'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-valuri ta' limitu għall-pollutanti u l-indikaturi tat-tniġġis.

▼B

Il-valuri ta' limitu jkunu stabbiliti b'tali mod li, jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ f'punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv jaqbżu l-limiti, dan ikun jindika riskju li kondizzjoni waħda jew iżjed għall-istat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(ii), (iii) u (iv) mhux qed tiġi sodisfatta.

Meta jiġu biex jistabbilixxu l-valuri ta' limitu, l-Istati Membri jikkunsidraw il-linji gwida li ġejjin:

1. 

Id-deċiżjoni biex jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għandha tkun ibbażata fuq:

a) 

il-livell ta' interazzjonijiet bejn l-ilma ta' taħt l-art u l-ekosistemi akkwatiċi assoċjati u ekosistemi terrestri dipendenti;

b) 

l-interferenza ma' użi jew funzjonijiet leġittimi attwali jew potenzjali ta' l-ilma ta' taħt l-art;

ċ) 

il-pollutanti kollha li jikkaratterizzaw il-mases ta' ilma ta' taħt l-art bħala li huma f'riskju, b'kont meħud tal-listi minimi mniżżla fil-parti B;

d) 

karatteristiċi idro-ġeoloġiċi inkluża informazzjoni dwar livelli fl-isfond u l-bilanċ ta' l-ilma.

2) 

Id-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu għandha tieħu wkoll kont ta' l-oriġini tal-pollutanti, il-possibbiltà ta' l-okkorrenza naturali tagħhom, it-tossikoloġija u t-tendenza għat-tifrix tagħhom, il-persistenza tagħhom u l-potenzjal tagħhom ta' bijo-akkumulazzjoni.

▼M1

3) 

Kull fejn livelli ta' sfond għoljin ta' sustanzi jew joni jew l-indikaturi tagħhom jokkorru minħabba raġunijiet idroġeoloġiċi naturali, għandu jittieħed kont ta' dawk il-livelli ta' sfond fil-ġabra rilevanti tal-ilma ta' taħt l-art meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-valuri ta' limitu. Meta jkunu qed jiġu deċiżi l-livelli ta' sfond, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin:

a) 

Id-determinazzjoni tal-livelli ta' sfond għandha tkun ibbażata fuq il-karatterizzazzjoni ta' ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art skont l-Anness II tad-Direttiva 2000/60/KE u skont ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma ta' taħt l-art skont l-Anness V ta' dik id-Direttiva. L-istrateġija tal-monitoraġġ u l-interpretazzjoni tad-dejta għandhom iqisu l-fatt li l-kundizzjonijiet tal-fluss u l-kimika tal-ilma ta' taħt l-art ivarjaw lateralment u vertikalment;

b) 

Fejn hemm disponibbli biss dejta limitata dwar il-monitoraġġ tal-ilma ta' taħt l-art, għandha tinġabar aktar dejta u sadanittant fejn ikun xieraq il-livelli ta' sfond għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' dik id-dejta ta' monitoraġġ limitata, permezz ta' approċċ simplifikat bl-użu ta' subsett ta' kampjuni li għalihom l-indikaturi ma juru l-ebda influwenza ta' attività umana. Meta disponibbli, għandha tiġi kkunsidrata wkoll informazzjoni dwar trasferimenti u proċessi ġeokimiċi;

c) 

Fejn m'hemmx biżżejjed dejta ta' monitoraġġ għall-ilma ta' taħt l-art disponibbli u l-informazzjoni dwar trasferimenti u proċessi ġeokimiċi hija dgħajfa, għandha tinġabar aktar dejta u informazzjoni u sadanittant għandhom jiġu stmati l-livelli ta' sfond, fejn xieraq abbażi tar-riżultati ta' referenza tal-istatistika għall-istess tip ta' akwiferi f'żoni oħra li għandhom biżżejjed dejta ta' monitoraġġ.

▼B

4) 

Id-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu għandha tiġi sostnuta minn mekkaniżmu ta' kontroll għad-data miġbura, ibbażat fuq valutazzjoni tal-kwalità tad-data, fuq konsiderazzjonijiet analitiċi, u fuq livelli ta' l-isfond għas-sustanzi li jistgħu jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll bħala riżultat ta' attivitajiet tal-bniedem.

Parti B

Listi minimi ta' pollutanti u l-indikaturi tagħhom li għalihom l-istati Membri Għandhom jikkunsidraw l-istabbiliment ta' valuri ta' limitu skond L-Artikolu 3

1. Sustanzi jew joni jew indikaturi, li jistgħu jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll/jew bħala riżultat ta' attivitajiet tal-bniedem

Arseniku
Kadmju
Ċomb
Merkurju
Ammonju
Kloru
Sulfat

▼M1

Nitriti
Fosforu (total)/Fosfati ( 12 )

▼M2

2.  Sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem ( 13 )

Trikloroetilene
Tetrakloroetilen

▼B

3. Parametri indikattivi ta' dħul ta' mluħ jew dħul ieħor ( 14 )

Konduttività

▼M1

Parti C

▼M2

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-pollutanti u l-indikaturi ta’ tniġġis li għalihom ikunu ġew stabbiliti valuri ta' limitu mill-Istati Membri

▼M1

Fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar li għandhom ikunu sottomessi skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-mod kif il-proċedura stabbilita fil-Parti A ta' dan l-Anness tkun ġiet segwita.

B'mod partikolari l-Istati Membri għandhom jipprovdu:

a) 

informazzjoni dwar kull ġabra jew grupp ta' ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art li huma kkaratterizzati li qegħdin f'riskju, inklużi dawn li ġejjin:

i) 

id-daqs tal-ġabriet;

ii) 

kull sustanza niġġiesa jew indikatur tat-tniġġis li jikkaratterizza l-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art bħala f'riskju;

iii) 

l-għanijiet tal-kwalità tal-ambjent li magħhom huwa marbut ir-riskju, inklużi l-użi jew il-funzjonijiet attwali jew potenzjalment leġittimi tal-ġabra ta' ilma ta' taħt l-art, u r-relazzjoni bejn il-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art u l-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u ekosistemi terrestri direttament dipendenti;

iv) 

fil-każ ta' sustanzi li jokkorru b'mod naturali, il-livelli ta' sfond naturali fil-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art;

v) 

fejn il-valuri ta' limitu jkunu nqabżu, informazzjoni dwar dawn il-qabżiet;

b) 

il-valuri ta' limitu, kemm jekk japplikaw fil-livell nazzjonali, fil-livell tad-distrett tal-baċir tax-xmara jew fil-parti tad-distrett tal-baċir internazzjonali tax-xmara li taqa' fit-territorju tal-Istat Membru, kif ukoll fil-livell ta' ġabra jew grupp ta' ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art;

c) 

ir-relazzjoni bejn il-valuri ta' limitu u kull waħda minn dawn li ġejjin:

i) 

fil-każ ta' sustanzi li jokkorru b'mod naturali, il-livelli ta' sfond;

ii) 

l-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u ekosistemi terrestri direttament dipendenti;

iii) 

l-għanijet ta' kwalità ambjentali u standards oħra għall-protezzjoni tal-ilma li jeżistu fuq livell nazzjonali, tal-Unjoni jew dak internazzjonali;

iv) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar it-tossikoloġija, l-ekotossikoloġija, il-persistenza, il-potenzjal ta' bijoakkumulazzjoni, u t-tendenza ta' dispersjoni tas-sustanzi niġġiesa;

d) 

il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-livelli ta' sfond imsejsa fuq il-prinċipji stabbiliti fil-punt 3 tal-Parti A;

e) 

ir-raġunijiet li għalihom ma jkunx ġew stabbiliti valuri ta' limitu għal xi waħda mis-sustanzi niġġiesa u indikaturi identifikati fil-Parti B;

f) 

l-elementi ewlenin għall-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta' taħt l-art, inkluż il-livell, il-metodu u l-perjodu ta' aggregazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ, id-definizzjoni tal-firxa aċċettabbli meta jinqabżu l-limiti, u l-metodu għall-kalkolu tagħha, skont l-Artikolu 4(2)(c)(i) u l-punt 3 tal-Anness III.

Fejn xi dejta li hemm referenza għaliha fil-punti minn (a) sa (f) ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-raġunijiet għal dan f'dawk il-pjanijiet.

▼M2

Parti D

Repożitorju ta' valuri ta' limitu armonizzati għas-sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem ( *1 ) fl-ilma ta' taħt l-art ta' tħassib lokali, reġjonali u nazzjonali



(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

Nru tal-entrata

Isem tas-sustanza

Kategorija ta' sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

Valur tal-livell limitu

[μg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

 

Sustanzi attivi farmaċewtiċi individwali (3)

Farmaċewtiċi

 

 

2,5  (4)

(1)   

CAS: Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi.

(2)   

Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)   

Sustanzi attivi farmaċewtiċi kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (UE) 2019/6.

(4)   

L-Istati Membri għandhom japplikaw dan il-valur ta' limitu dment li ma jkunx ġie stabbilit b'mod speċifiku standard jew valur ta' limitu għas-sustanza kkonċernata fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali kemm għall-ilma tal-wiċċ kif ukoll għall-ilma ta' taħt l-art. Meta tkun disponibbli metodoloġija affidabbli, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-preżenza ta' ekosistemi tal-ilma ta' taħt l-art f'korpi tal-ilma ta' taħt l-art li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jappoġġaw l-eżistenza tagħhom u jistabbilixxu, jekk tali ekosistemi jkunux preżenti, u f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b), valur ta' limitu aktar strett jekk meħtieġ biex jipproteġi dawk l-ekosistemi.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.