|
+ANNESS IV IDENTIFIKAZZJONI U TREĠĠIGĦ LURA TA' TENDENZI 'L FUQ SINIFIKANTI U SOSTNUTI |
ANNESS IV IDENTIFIKAZZJONI U TREĠĠIGĦ LURA TA' TENDENZI 'L FUQ SINIFIKANTI U SOSTNUTI
ANNESS IV IDENTIFIKAZZJONI U TREĠĠIGĦ LURA TA' TENDENZI 'L FUQ SINIFIKANTI U SOSTNUTI Parti A Identifikazzjoni u treġġigħ lura ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti L-Istati Membri jidentifikaw tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti fil-mases jew gruppi ta' mases kollha ta' ilma ta' taħt l-art li huma karatterizzati bħala li huma f'riskju skond l-Anness II tad-Direttiva 2000/60/KE, b'kont meħud tal-ħtiġiet li ġejjin:
1)
skond is-Sezzjoni 2.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, il-programm ta' monitoraġġ se jkun imfassal b'mod li josserva tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti f'konċentrazzjonijiet tal-pollutanti identifikati skond l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva;
2)
il-proċedura għall-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti tkun bbażata fuq l-elementi li ġejjin:
a)
il-frekwenzi ta' monitoraġġ u s-siti ta' monitoraġġ se jiġu magħżula b'mod li jkunu suffiċjenti biex:
i)
jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li tali tendenzi 'l fuq ikunu jistgħu jintgħarfu minn varjazzjoni naturali b'livell adegwat ta' kunfidenza u preċiżjoni;
ii)
jippermettu l-identifikazzjoni ta' tali tendenzi 'l fuq fi żmien biżżejjed li jippermetti li miżuri jiġu implimentati biex jipprevjenu, jew għall-inqas jimmitigaw safejn hu prattikabbli, bidliet ambjentalment sinifikanti li jikkawżaw ħsara fil-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art. Din l-identifikazzjoni se titwettaq għall-ewwel darba fl-2009, jekk ikun possibbli, u se tieħu kont tad-data eżistenti, fil-kuntest tar-rapport dwar l-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-ewwel pjan ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, u mill-anqas kull sitt snin minn hemm 'il quddiem;
iii)
jieħdu kont tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi temporali tal-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art, inkluż il-kondizzjonijiet tal-fluss ta' l-ilma ta' taħt l-art u r-rati ta' ċċarġjar mill-ġdid u l-ħin meħud għat-tnixxija fil-ħamrija u fil- ħamrija ta' taħt.
b)
il-metodi ta' monitoraġġ u analiżi li jintużaw se jikkonformaw mal-prinċipji internazzjonali ta' kontroll fuq il-kwalità, inklużi, jekk rilevanti, il-metodi CEN jew dawk standardizzati nazzjonali, biex jiżguraw li d-data pprovduta tkun ta' kwalità u komparabbiltà xjentifika ekwivalenti;
ċ)
il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq metodu ta' statistika, bħal analiżi tar-rigressjoni, għal analiżi ta' tendenzi f'serje temporali ta' punti ta' monitoraġġ individwali;
d)
sabiex jiġi evitat distorsjoni fl-identifikazzjoni tat-tendenzi, il-miżuri kollha taħt il-limitu ta' kwantifikazzjoni se jiġu ffissati għal nofs il-valur ta' l-ogħla limitu ta' kwantifikazzjoni li jsir f'serje temporali, ħlief għal pestiċidi totali.
3.
l-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq u li huma sinifikanti u sostnuti fil-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll bħala riżultat ta' attivitajiet umani ser tikkunsidra l-livelli ta' bażi u, fejn tali data hija disponibbli, id-data miġbura qabel il-bidu tal-programm ta' monitoraġġ sabiex isir rapport dwar l-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-ewwel pjan ta' ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, fejn tali data hija disponibbli. Parti B Punt tat-tluq ghat-treġġigħ L-Istati Membri ser ireġġgħu lura tendenzi 'l fuq identifikati u li huma sinifikanti u sostnuti, skond l-Artikolu 5, waqt li jieħdu kont tal-ħtiġiet li ġejjin:
1)
il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni tal-miżuri għat-treġġigħ lura ta' tendenzi sinifikanti u sostnuti 'l fuq, ser ikun meta l-konċentrazzjoni tal-pollutanti tilħaq 75 % tal-valuri parametriċi tal-istandards tal-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u tal-valuri ta' limitu msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c), ħlief jekk:
a)
ikun meħtieġ punt ta' tluq iżjed bikri biex jippermetti li miżuri ta' treġġigħ lura tat-tendenza jipprevjenu bl-iżjed mod effettiv fl-infiq, jew għall-anqas biex jimmitigaw kemm jista' jkun, kwalunkwe bidliet ambjentalment sinifikanti li jikkawżaw ħsara lill-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art;
b)
punt ta' tluq differenti jkun ġustifikat fejn il-limitu ta' skoperta ma jippermettix l-istabbiliment tal-preżenza ta' tendenza f'75 % tal-valuri parametriċi; jew
ċ)
ir-rata ta' żieda u l-proċess ta' treġġigħ lura tat-tendenza jkunu tali li punt ta' tluq iżjed tard għall-miżuri ta' treġġigħ lura tat-tendenza xorta jippermetti li tali miżuri jipprevjenu bl-iżjed mod effettiv fl-infiq, jew għall-anqas jimmitigaw kemm jista' jkun, kwalunkwe bidliet ambjentalment sinifikanti li jikkawżaw ħsara lill-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art. Tali punt tat-tluq iktar tard m' għandux iwassal għal dewmien fl-ilħuq tat-terminu perentorju għall-objettivi ambjentali. Għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE, il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni ta' miżuri biex ireġġgħu lura tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti se jiġi stabbilit skond dik id-Direttiva u d-Direttiva 2000/60/KE u, b' mod partikolari, ż-żamma ma' l-objettivi ambjentali għall-protezzjoni ta' l-ilma kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE;
2)
ladarba jkun ġie stabbilit punt ta' tluq għal massa ta' l-ilma ta' taħt l-art karatterizzat bħala li huwa f'riskju skond is-Sezzjoni 2.4.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE u skond il-punt 1 hawn fuq, dan ma jinbidilx matul iċ-ċiklu ta' sitt snin tal-pjan ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar meħtieġ skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE;
3)
it-treġġigħ lura ta' tendenzi se jintwera, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet rilevanti ta' monitoraġġ li jinsabu fil-punt 2 tal-Parti A. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|