+ANNESS III LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI STABBILITI FL-ARTIKOLU 18 (SKART “EKOLOĠIKU” ELENKAT)

ANNESS III LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI STABBILITI FL-ARTIKOLU 18 (SKART “EKOLOĠIKU” ELENKAT)




ANNESS III

▼M14

LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI STABBILITI FL-ARTIKOLU 18 (SKART “EKOLOĠIKU” ELENKAT)

▼B

Irrispettivament mill-inklużjoni jew nuqqas ta' inklużjoni ta' tipi ta' skart f'din il-lista, dawn ma jistgħux ikunu suġġetti għar-rekwiżit ġenerali li jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni jekk ikunu kontaminat b'materjali oħra sal-punt li

(a) 

jiżdiedu r-riskji assoċjati ma' l-iskart b'mod suffiċjenti li jkun xieraq li huma jiġu sottoposti għall-proċedura ta' kontroll tan-notifika u l-kunsens bil-miktub minn qabel, meta jittieħed kont tal-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE; jew

(b) 

jiġi impedit l-irkupru ta' l-iskart b'mod ambjentalment san.

Parti I

It-tipi ta' skart li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżit ġenerali ta' informazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 18:

Skart elenkat fl-Anness IX mal-Konvenzjoni ta' Basel ( 30 ).

▼M6

Għall-finijet ta’ dan ir-Regolament:

▼M14

(a) 

Kwalunkwe referenza fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel għal-lista A għandha tinftiehem bħala referenza għall-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

▼M6

(b) 

fl-annotazzjoni Nru B1020 fil-klassifikazzjoni ta’ Basel, it-terminu “forma massiċċa lesta” jinkludi l-forom kollha metalliċi ( 31 ) li ma jixterdux tar-ruttam elenkat fiha;

(ċ) 

l-annotazzjoni Nru B1030 fil-klassifikazzjoni ta’ Basel għandha tinqara: “Residwi li fihom metalli refrattarji”;

(d) 

il-parti tal-annotazzjoni Nru B1100 fil-klassifikazzjoni ta’ Basel li tirreferi għall-“Fdalijiet minn metall imdewweb mill-ipproċessar tar-ram” eċċ., ma tapplikax u minflok tapplika l-annotazzjoni (tal-OECD) Nru GB040 fil-Parti II;

▼M15 —————

▼M6

(f) 

l-annotazzjoni Nru B2050 fil-klassifikazzjoni ta’ Basel ma tapplikax u minflok tapplika l-annotazzjoni (tal-OECD) Nru GG040 fil-Parti II;

▼M14

(g) 

Għall-iskart ittrasportat fl-Unjoni, l-entrata B3011 tal-Konvenzjoni ta’ Basel ma tapplikax u minflok tapplika din l-entrata li ġejja:

EU3011 

Skart tal-plastik (innota l-entrata AC300 relatata fil-parti II tal-Anness IV, u l-entrata EU48 relatata fil-parti I tal-Anness IV):

L-iskart tal-plastik elenkat hawn taħt, diment li jkun kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart ( 32 ):

— 
Skart tal-plastik li jikkonsisti kważi esklużivament ( 33 ) minn polimeru mhux aloġenat wieħed, inkluż il-polimeri li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Polietilen (PE)
— 
Polipropilen (PP)
— 
Polistiren (PS)
— 
Akrilonitril butadien stiren (ABS)
— 
Polietilentereftalat (PET)
— 
Polikarbonati (PC)
— 
Polieteri
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament (33)  jikkonsisti minn reżina mwebbsa waħda jew prodott wieħed tal-kondensazzjoni, inkluż ir-reżini li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:
— 
Reżini tal-urea formaldeid
— 
Reżini tal-fenol formaldeid
— 
Reżini tal-melamina formaldeid
— 
Reżini tal-epossi
— 
Reżini tal-alkidi
— 
Skart tal-plastik li kważi esklużivament (33)  jikkonsisti minn wieħed mill-polimeri fluworurati li ġejjin ( 34 ):
— 
Perfluworoetilen/propilen (FEP)
— 
Alkani perfluworoalkossiċi:
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworoalkil vinil etere (PFA)
— 
Tetrafluworoetilen/perfluworometil vinil etere (MFA)
— 
Fluworur tal-polivinil (PVF)
— 
Fluworur tal-poliviniliden (PVDF)
— 
Politetrafluworoetilen (PTFE)
— 
Klorur tal-polivinil (PVC).

▼B

Parti II:

It-tipi ta' skart li ġejjin għandhom ukoll ikunu suġġetti għar-rekwiżit ġenerali ta' informazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 18:

Skart bil-Metall li jiġi mit-Tisħin u t-Tidwib ta' Minerali sabiex jinkiseb minnu l-Metall li jkun fih u r-Raffinazzjoni ta' Metalli



GB040

7112

262030

262090

Fdalijiet minn metall prezzjuż imdewweb u ipproċċessar tar-ram għal aktar raffinazzjoni

Skart ieħor li Fih Metalli



GC010

 

Muntaturi elettriċi li jikkonsistu biss f'metalli jew ligi (1)

GC020

 

Ruttam ta' l-elettronika (e.ż. bord taċ-ċirkuwitu stampati, komponenti elettroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi li jerġgħu jinġabru adattati għall-bażi u ġbir mill-ġdid ta' metall prezzjuż (2)

GC030

ex 890800

Bastimenti u strutturi oħra li jżommu fil-wiċċ sabiex jiġu żarmati, żvujtati minn kwalunkwe tgħabbija jew materjal ieħor li jiġu mill-operazzjoni tal-bastiment li jistgħu jkunu jiġu kklasifikati bħala sustanzi perikolużi jew skart

GC050

 

katalizzaturi eżawriti likwidi ta' cracking (FCC) katalittiku (e.ż.: ossidu ta' l-aluminju, żeoliti)

(1)    ►M15  

l-entrata GC010 għandha tapplika biss għall-iskart ittrasportat fl-Unjoni.

 ◄
(2)    ►M15  

l-entrata GC020 għandha tapplika biss għall-iskart ittrasportat fl-Unjoni.

 ◄

Skart tal-Ħġieġ f'forma mhux dispersibbli



GE020

ex 7001

ex 701939

Skart tal-fibri tal-ħġieġ

Skart taċ-ċeramika f'forma mhux dispersibbli



GF010

 

Skart taċ-ċeramika li jinħaraq wara li jingħata l-forma, inkluż kontenituri taċ-ċeramika (qabel u/jew wara użu)

Skart Ieħor li fil-Biċċa l-Kbira jkun jikkonsisti f'Kostitwenti mhux Organiċi, li jista' jkun fihom Metalli u Materjal Organiċi



GG030

ex 2621

Irmied tal-qiegħ u fdal minn metall imdewweb minn xi strument minn impjanti li jitħaddmu bil-faħam

GG040

ex 2621

Irmied li jtir minn impjanti li jitħaddmu bil-faħam

▼M14 —————

▼B

Skart li jiġi mill-kunżatura u operazzjonijiet ta' Negozju fil-ġlud ta' l-annimali u l-użu ta' Ġilda



GN010

ex 050200

Skart tal-lanżiti tal-ħnieżer, tal-hogs jew tal-ħnieżer slavaġġ, jew xagħar tal-baġer u xagħar ieħor li minnhom isiru l-broxkijiet

GN020

ex 050300

Skart tax-xagħar taż-żiemel, kemm jekk jitpoġġa f'saffa kemm bi jew mingħajr materjal ieħor li jirfdu

GN030

ex 050590

Skart ta' ġlud u partijiet oħra ta' l-agħsafar, bi jew mingħajr ir-rix tagħhom u partijiet mir-rix (kemm jekk ikollhom it-truf maqtugħ) u l-isfel, mhux aktar imħaddma milli mnaddfa, diżinfettati u trattati għall-preservazzjoni

▼M4




ANNESS IIIA

TAĦLITIET TA' ŻEWĠ TIPI TA' SKART JEW AKTAR ELENKATI FL-ANNESS III U MHUX IKKLASSIFIKATI TAĦT ENTRATA WAĦDA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2)

1. Irrispettivament minn jekk it-taħlitiet jiġux inklużi jew le f'din il-lista, dawn ma jistgħux ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' tagħrif ġenerali stipulati fl-Artikolu 18 jekk ikunu kkontaminati b'materjali oħra sal-punt li

(a) 

ikabbru r-riskji assoċjati mal-iskart b'mod suffiċjenti li jkun xieraq li huma jiġu sottoposti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III għad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE; jew

(b) 

jipprevjenu l-irkupru tal-iskart b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

▼M7

2. It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin huma inklużi f’dan l-Anness:

(a) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1050 ta’ Basel;

(b) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1070 ta’ Basel;

(c) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B3040 u B3080 ta’ Basel;

(d) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD) u taħt l-entrata B1100 ta’ Basel ristretti għal żingu mhux pur u iebes, ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu, tneħħija ta’ aluminju mill-wiċċ ta’ likwidu (jew tneħħija mill-wiċċ ta’ likwidu) li teskludi fdalijiet ta’ melħ minn metall imdewweb u skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih;

(e) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD), taħt l-entrata B1070 u B1100 ta’ Basel ristretti għal skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih.

L-entrati msemmija fil-punti (d) u (e) ma għandhomx japplikaw għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax.

▼M7

3. It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin, ikklassifikati taħt inċiżi separati jew subinċiżi tal-istess entrata, huma inklużi f’dan l-Anness:

(a) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B1010 ta’ Basel;

(b) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2010 ta’ Basel;

(c) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2030 ta’ Basel;

▼M14 —————

▼M7

(g) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basel ristretti għal karta jew kartun mhux ibbliċjati jew minn karti jew kartun immewġin, karta oħra jew kartun ieħor, magħmul(a) prinċipalment minn polpa kimika ibbliċjata fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħ(a), karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju gazzetti, ġurnali u materjal simili stampat);

(h) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3030 ta’ Basel;

(i) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3040 ta’ Basel;

(j) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3050 ta’ Basel.

▼M14

4. It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin, ikklassifikati f’inċiżi separati jew f’subinċiżi ta’ entrata unika waħda, huma inklużi f’dan l-Anness biss għall-finijiet ta’ vjeġġi fl-Unjoni:

(a) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati fl-inċiż li jirreferi għall-polimeri mhux aloġenati;

(b) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati fl-inċiż li jirreferi għar-reżini mwebbsa jew prodotti tal-kondensazzjoni;

(c) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati bħala “alkani perfluworoalkossiċi”.

▼M8




ANNESS IIIB

SKART ADDIZZJONALI ELENKAT BĦALA AĦDAR LI QED JISTENNA LI JIĠI INKLUŻ FL-ANNESSI RILEVANTI TAL-KONVENZJONI TA’ BASEL JEW ID-DEĊIŻJONI TAL-OECD KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 58(1)(b)

1. Irrispettivament minn jekk l-iskart jiġix inkluż jew le f’din il-lista, dan ma jistax ikun soġġett għar-rekwiżiti ġenerali ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 18 jekk ikun ikkontaminat b’materjali oħra sal-punt li

(a) 

jiżdiedu r-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li huma jiġu sottoposti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 35 ); jew

(b) 

l-irkupru tal-iskart ma jkunx jista’ jsir b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

2. L-iskart li ġej huwa inkluż f’dan l-Anness:

▼M12 —————

▼M8

BEU04

Imballaġġ kompost li jikkonsisti l-aktar minn karti u xi plastik, li ma jkunx fih residwi u li mhux kopert mill-entrata ta’ Basel B3020

BEU05

Skart bijodegradabbli nadif mill-agrikoltura, l-ortikoltura, il-forestrija, il-ġonna, il-parks u ċ-ċimiterji

3. Il-vjeġġi ta’ skart elenkati f’dan l-Anness huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE ( 36 ), inklużi l-miżuri adottati skont l-Artikolu 16(3) tagħha.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.