+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1. 

sustanza: tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess ta' manifattura, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ sabiex jippriżerva l-istabbiltà tiegħu u kwalunkwe impurità li tiġi mill-proċess użat, iżda eskluż kwalunkwe solvent li jista' jiġi separat mingħajr ma tkun milquta l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha;

2. 

►M3  taħlita ◄ : tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;

3. 

oġġett: tfisser prodott li waqt il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċjali li jiddeterminaw il-funzjoni tiegħu sa grad akbar milli tagħmel il-kompożizzjoni kimika tiegħu;

4. 

produttur ta' oġġett: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi jew timmonta oġġett fi ħdan il-Komunità;

5. 

polimeru: tfisser sustanza li tikkonsisti minn molekuli karatterizzati minn sekwenza ta' tip wieħed jew aktar ta' unitajiet monomeriċi. Tali molekuli għandhom ikollhom firxa ta' piżijiet molekulari fejn id-differenzi fil-piż molekulari jkun attribwibbli primarjament għad-differenzi fin-numru ta' unitajiet monomeriċi. Polimeru jkun fih dan li ġej:

(a) 

maġġoranza ta' piż sempliċi ta' molekuli li jkun fih ta' l-anqas tliet unitajiet monomeriċi li jkunu marbuta b'mod kovalenti ma' ta' l-anqas unità monomerika oħra jew sustanza reattiva oħra;

(b) 

anqas minn maġġoranza sempliċi ta' piż ta' molekuli ta' l-istess piż molekulari.

Fil-kuntest ta' din id-definizzjoni 'unità monomerika' tfisser il-forma li ġiet suġġetta għal reazzjoni ta' sustanza monomerika f'polimeru;

6. 

monomeru: tfisser sustanza li kapaċi tifforma rabtiet kovalenti ma' sekwenza ta' molekuli simili jew dissimili taħt il-kondizzjonijiet tar-reazzjoni relevanti tal-formazzjoni tal-polimeri użati għall-proċess partikolari;

7. 

reġistrant: tfisser il-manifattur jew l-importatur ta' sustanza jew il-produttur jew l-importatur ta' oġġett li jippreżenta reġistrazzjoni għal sustanza;

8. 

manifattura: tfisser il-produzzjoni jew l-estrazzjoni ta' sustanzi fl-istat naturali;

9. 

manifattur: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li timmanifattura xi sustanza fil-Komunità;

10. 

importazzjoni: tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Komunità;

11. 

importatur: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun responabbli għall-importazzjoni;

12. 

tqegħid fis-suq: tfisser li tipprovdi jew li tagħmel disponibbli lil terzi, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas. L-importazzjoni għandha titqies bħala tqegħid fis-suq;

13. 

utent “downstream”: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li juża sustanza, kemm waħidha jew f' ►M3  taħlita ◄ , fl-attivitajiet industrijali jew professjonali tiegħu. Id-distributur jew il-konsumatur mhumiex utenti downstream. Re-importatur eżentat skond l-Artikolu 2(7)(ċ) għandu jitqies bħala utent downstream;

14. 

distributur: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, inkluż bejjiegħ bl-imnut, li jaħżen u jqiegħed fis-suq sustanza, waħidha jew f' ►M3  taħlita ◄ , għal terzi biss;

15. 

sustanza intermedja: tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ sintesi):

(a) 

sustanza intermedja mhux iżolata tfisser sustanza intermedja li matul sintesi ma titneħħiex intenzjonalment (ħlief għall-kampjunament) mill-apparat li fih issir is-sintesi. Dan l-apparat jinkludi r-reċipjent tar-reazzjoni, l-apparat anċillari tiegħu, u kwalunkwe apparat li minnu jgħaddu s-sustanza jew sustanzi matul proċess ta' fluss kontinwu jew ta' lottijiet kif ukoll is-sistema tal-pajpijiet għat-trasferiment minn reċipjent għal ieħor għall-iskop ta' l-istadju li jmiss tar-reazzjoni, iżda jeskludi t-tankijiet jew ir-reċipjenti l-oħrajn li fihom jinħażnu s-sustanzi wara l-manifattura;

(b) 

sustanza intermedja iżolata fuq il-post tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta' sustanza intermedja mhux iżolata u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u s-sintesi ta' sustanza jew sustanzi oħra minn dik is-sustanza intermedja ssir fl-istess post, operata minn entità ġuridika waħda jew aktar;

(ċ) 

sustanza intermedja iżolata trasportata tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta' sustanza intermedja mhux iżolata u trasportata bejn jew provduta lil postijiet oħra;

16. 

post: tfisser lok uniku fejn, jekk ikun hemm aktar minn manifattur wieħed ta' sustanza jew sustanzi, ikunu kondiviżi ċerti infrastruttura u faċilitajiet;

17. 

atturi: fil-katina tal-provvista tfisser il-manifatturi u/jew l-importaturi u/jew l-utenti “downstream” kollha f'katina ta' provvista;

18. 

aġenzija: tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kif stabbilita minn dan ir-Regolament;

19. 

awtorità: kompetenti tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet jew il-korpi stabbiliti mill-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament;

20. 

sustanza ta' introduzzjoni gradwali: tfisser sustanza li tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

tkun elenkata fl-Inventarju Ewropew ta' sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS);

▼M23

(b) 

ienet manifatturata fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-1 ta’ Jannar 2007 jew fl-1 ta' Lulju 2013, iżda mhux imqiegħda fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, mill-inqas darba fil-15-il sena qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova ddokumentata ta' dan;

(c) 

qiegħdet fis-suq fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta' Mejju 2004, fl-1 ta' Jannar 2007 jew fl-1 ta' Lulju 2013, mill-manifattur jew mill-importatur qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kienet meqjusa bħala nnotifikata skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni tal-Artikolu 8(1) li tirriżulta mill-emenda effettwata mid-Direttiva 79/831/KEE, iżda ma tissodisfax id-definizzjoni ta' polimeru kif stipulata f’dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova ddokumentata ta' dan, inkluża prova li s-sustanza tqiegħdet fis-suq minn kwalunkwe manifattur jew importatur bejn it-18 ta' Settembru 1981 u l-31 ta' Ottubru 1993 inkluż;

▼C1

21. 

sustanza notifikata: tfisser sustanza li għaliha tkun ġiet preżentata notifika u li tkun tista' titqiegħed fis-suq skond id-Direttiva 67/548/KEE;

22. 

riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi: tfisser kwalunkwe żvilupp xjentifiku relatat l-iżvilupp ta' prodott, ma' l-iżvilupp ulterjuri ta' sustanza, waħidha, f' ►M3  taħlitiet ◄ jew f'oġġetti li fil-kors tiegħu jintużaw provi pilota ta' l-impjant jew tal-produzzjoni sabiex jiġi żviluppat il-proċess tal-produzzjoni u/jew sabiex jiġu ttestjati l-oqsma ta' l-applikazzjoni tas-sustanza;

23. 

riċerka u żvilupp xjentifiċi: tfisser kwalunkwe sperimentazzjoni xjentifika, analiżi jew riċerka kimika li ssir taħt kondizzjonijiet kontrollati f'volum ta' anqas minn tunnellata metrika fis-sena;

24. 

użu: tfisser kwalunkwe proċessar, formulazzjoni, konsum, ħażna, żamma, trattament, mili f'kontenituri, trasferiment minn kontenitur għall-ieħor, taħlit, produzzjoni ta' oġġett jew kwalunkwe utilizzazzjoni oħra;

25. 

użu tar-reġistrant stess: tfisser użu industrijali jew professjonali mir-reġistrant;

26. 

użu identifikat: tfisser l-użu ta' sustanza waħidha jew f' ►M3  taħlita ◄ , jew użu ta' ►M3  taħlita ◄ , maħsub minn attur fil-katina tal-provvista, inkluż l-użu minnu stess, jew li ġie mgħarraf lilu bil-miktub minn utent “downstream” immedjat;

27. 

rapport sħiħ ta' studju: tfisser deskrizzjoni sħiħa u komprensiva ta' l-attività mwettqa sabiex tiġi ġġenerata l-informazzjoni. Dan ikopri d-dokument xjentifiku sħiħ kif pubblikat fil-letteratura li tiddeskrivi l-istudju li sar jew ir-rapport sħiħ, preparat mill-entità ta' l-ittestjar, li jiddeskrivi l-istudju li sar;

28. 

sommarju robust ta' l-istudju: tfisser sommarju dettaljat ta' l-objettivi, tal-metodi, tar-riżultati u tal-konklużjonijiet ta' rapport sħiħ ta' studju li jagħti informazzjoni suffiċjenti sabiex issir valutazzjoni indipendenti ta' l-istudju li jimminimizza l-bżonn ta' konsultazzjoni tar-rapport sħiħ ta' l-istudju;

29. 

sommarju ta' l-istudju: tfisser sommarju ta' l-objettivi, tal-metodi, tar-riżultati u tal-konklużjonijiet ta' rapport sħiħ ta' l-istudju, li jipprovdi informazzjoni suffiċjenti sabiex issir valutazzjoni tar-relevanza ta' l-istudju;

30. 

fis-sena: tfisser f'kull sena kalendarja, ħlief jekk jiġi indikat mod ieħor. Għal sustanzi introdotti gradwalment li jkunu ġew importati jew manifatturati għal mhux inqas minn tliet snin konsekuttivi, il-kwantitajiet fis-sena għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-produzzjoni medja jew tal-volum ta' importazzjonijiet għat-tliet snin kalendarji preċedenti;

31. 

restrizzjoni: tfisser kwalunkwe kondizzjoni għal jew projbizzjoni tal-manifattura, l-użu jew it-tqegħid fis-suq;

32. 

fornitur: ta' sustanza jew ►M3  taħlita ◄ tfisser kwalunkwe manifattur, importatur, utent “downstream” jew distributur li jqiegħed fis-suq sustanza, waħidha jew f' ►M3  taħlita ◄ , jew ►M3  taħlita ◄ ;

33. 

fornitur ta' oġġett: tfisser kwalunkwe produttur jew importatur ta' oġġett, distributur jew attur ieħor fil-katina ta' forniment li jqiegħdu oġġett fis-suq;

34. 

riċevitur ta' sustanza jew ta' ►M3  taħlita ◄ : tfisser utent “downstream” jew distributur li jiġi fornut b'sustanza jew ►M3  taħlita ◄ ;

35. 

riċevitur ta' oġġett: tfisser utent industrijali jew professjonali jew distributur li jiġi fornut b'oġġett iżda ma jinkludix il-konsumaturi;

36. 

SME: tfisser intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ( 13 );

37. 

xenarju ta' espożizzjoni: tfisser il-grupp ta' kondizzjonijiet, inklużi kondizzjonijiet operattivi u miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji, li jiddeskrivu kif is-sustanza tiġi manifatturata jew użata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha u kif il-manifattur jew l-importatur jikkontrolla, jew jirrakkomanda lill-utenti “downstream” sabiex jikkontrollaw, l-espożizzjoni għall-bniedem u l-ambjent. Dawn ix-xenarji ta' espożizzjoni jistgħu jkopru proċess jew użu speċifiku wieħed jew diversi proċessi jew użi kif meħtieġ;

38. 

kategorija ta' użu u ta' espożizzjoni: tfisser xenarju ta' espożizzjoni li jkopri firxa wiesgħa ta' proċessi jew użi, fejn il-proċessi jew użi jkunu komunikati, bħala minimu, f'termini ta' deskrizzjoni ġenerali qasira dwar l-użu;

39. 

sustanzi li jinsabu fin-natura: tfisser sustanza li teżisti bħala tali b'mod naturali, mhux proċessata jew proċessata biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bit-taħlil fl-ilma, bil-flotazzjoni, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni bil-fwar jew billi tissaħħan biss sabiex jitneħħa l-ilma, jew li tiġi estratta mill-arja bi kwalunkwe mezz;

40. 

sustanza mhux modifikata b'mod kimiku: tfisser sustanza li l-istruttura kimika tagħha tibqa' mhux mibdula, anke jekk tkun għaddiet minn proċess jew trattament kimiku, jew trasformazzjoni mineraloġika fiżika, per eżempju sabiex jitneħħew l-impuritajiet;

41. 

liga: tfisser materjal metalliku, omoġenju fuq skala makroskopika, li jikkonsisti f'żewġ elementi jew aktar magħqudin b'tali mod li ma jistgħux jiġu sseparati malajr b'mezzi mekkaniċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.