+Artikolu 26 Obbligu ta' riċerka qabel ir-reġistrazzjoni
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
|
Artikolu 26 Obbligu ta' riċerka qabel ir-reġistrazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Kull reġistrant potenzjali ta' sustanza li ma tkunx ta' introduzzjoni gradwali, jew kull reġistrant potenzjali ta' sustanza ta' introduzzjoni gradwali li ma għamilx pre-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 28 għandu jsaqsi l-Aġenzija jekk diġà ġietx preżentata reġistrazzjoni għall-istess sustanza. Huwa għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja kollha lill-Aġenzija ma' din id-domanda:
(a)
l-identità tiegħu kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI, bl-eċċezzjoni tas-siti ta' użu;
(b)
l-identità tas-sustanza, kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
(ċ)
liema rekwiżiti ta' informazzjoni jitolbu studji ġodda li jinvolvu annimali vertebrati li jkollhom jitwettqu minnu;
(d)
liema rekwiżiti ta' informazzjoni jitolbu studji ġodda oħrajn li jkollhom jitwettqu minnu.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Jekk l-istess sustanza ma tkunx ġiet reġistrata qabel, l-Aġenzija għandha tavża lir-reġistrant potenzjali dwar dan.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Jekk l-istess sustanza tkun ġiet reġistrata anqas minn 12-il sena qabel, l-Aġenzija għandha tavża lir-reġistrant potenzjali mingħajr dewmien bl-ismijiet u l-indirizzi tar-reġistrant jew reġistranti preċedenti u bis-sommarji relevanti ta' studju jew bis-sommarji robusti ta' studju, skond kif ikun il-każ, li diġà ġew preżentati minnhom. L-istudji li jinvolvu annimali vertebrati ma għandhomx jiġu ripetuti. Fl-istess waqt l-Aġenzija għandha tavża lir-reġistranti preċedenti bl-isem u l-indirizz tar-reġistrant potenzjali. L-istudji disponibbli għandhom jiġu kondiviżi mar-reġistrant potenzjali skond l-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Jekk bosta reġistranti potenzjali jkunu staqsew dwar l-istess sustanza, l-Aġenzija għandha tinforma lir-reġistranti potenzjali kollha mingħajr dewmien bl-isem u bl-indirizz tar-reġistranti potenzjali l-oħrajn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|