+Artikolu 37 4.

Artikolu 37 4.

Utent “downstream” ta' sustanza waħidha jew f' ►M3  taħlita ◄ għandu jipprepara rapport ta' sigurtà kimika skond l-Anness XII għal kwalunkwe użu barra l-kondizzjonijiet deskritti f'xenarju ta' espożizzjoni jew jekk ikun il-każ għandu jipprepara kategorija ta' użu u ta' espożizzjoni komunikati lilu fi skeda ta' data ta' sigurtà jew għal kwalunkwe użu li kontrih jiġi avżat mill-fornitur tiegħu.

Utent “downstream” ma għandux bżonn jipprepara tali rapport ta' sigurtà kimika f'ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn ma jkunx hemm il-ħtieġa li tiġi komunikata skeda ta' data ta' sigurtà mas-sustanza jew ►M3  taħlita ◄ skond l-Artikolu 31;

(b) 

fejn ma jkunx hemm il-ħtieġa li jitlesta rapport ta' sigurtà kimika mill-fornitur tiegħu skond l-Artikolu 14;

(ċ) 

fejn l-utent “downstream” juża s-sustanza jew it- ►M3  taħlita ◄ fi kwantità totali ta' inqas minn tunnellata metrika fis-sena;

(d) 

fejn l-utent “downstream” jimplementa jew jirrakkomanda xenarju ta' espożizzjoni li jkun jinkludi bħala minimu l-kondizzjonijiet deskritti fix-xenarju ta' espożizzjoni komunikat lilu fl-iskeda ta' data ta' sigurtà;

(e) 

fejn is-sustanza tkun preżenti f' ►M3  taħlita ◄ f'konċentrazzjoni aktar baxxa minn kwalunkwe waħda mill-konċentrazzjonijiet previsti fl-Artikolu 14(2);

(f) 

fejn l-utent “downstream” ikun qiegħed juża s-sustanza għall-finijiet ta' riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi, sakemm ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikunu kontrollati adegwatament skond ir-rekwiżiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema u ta' l-ambjent.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.