|
+Artikolu 4 Reġjuni u Sub-Reġjuni Marini ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. |
Artikolu 4 Reġjuni u Sub-Reġjuni MariniArtikolu 4 Reġjuni u Sub-Reġjuni Marini 1. L-Istati Membri għandhom, fl-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, jieħdu kont tal-fatt li l-ilmijiet marini koperti mis-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħhom jifformaw parti integrali mir-Reġjuni Marini li ġejjin: (a) il-Baħar Baltiku; (b) l-Oċean Atlantiku tal-Grigal; (ċ) il-Baħar Mediterran; (d) il-Baħar l-Iswed. 2. L-Istati Membri jistgħu, sabiex jieħdu kont ta’ l-ispeċifiċitajiet ta’ żona partikolari, jimplimentaw din id-Direttiva b’referenza għas-subdiviżjonijiet fil-livell adatt ta’ l-ilmijiet marini msemmijin fil-paragrafu 1, sakemm tali subdiviżjonijiet ikunu delimitati b’mod kompatibbli mas-Sub-Reġjuni Marini li ġejjin: (a) fl-Oċean Atlantiku tal-Grigal: (i) il-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir, inklużi l-Kattegat u l-Kanal Ingliż; (ii) l-Ilmijiet Ċeltiċi; (iii) il-Bajja ta’ Biskajja u l-Kosta ta’ l-Iberja; (iv) fl-Oċean Atlantiku, ir-reġjun bijo-ġeografiku Makaroneżjan, li jikkonsisti mill-ilmijiet ta’ madwar l-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji; (b) fil-Baħar Mediterran: (i) il-Baħar Mediterran tal-Punent; (ii) il-Baħar Adrijatiku; (iii) il-Baħar Jonju u l-Baħar Mediterran Ċentrali; (iv) il-Baħar Eġew u tal-Lvant. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe subdiviżjoni sad-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 26(1) iżda jistgħu jirriveduhom hekk kif titlesta l-ewwel valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), punt (a)(i). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|