|
+Artikolu 17 Aġġornament ---+Article 17 1. ---+Article 17 2. ---+Article 17 3. ---+Article 17 4. |
Artikolu 17 AġġornamentArtikolu 17 Aġġornament 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, l-Istrateġiji Marini jinżammu aġġornati. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrivedu, b’mod koordinat kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-elementi li ġejjin, ta’ l-Istrateġiji Marini tagħhom kull sitt snin wara l-istabbiliment inizjali tagħhom: (a) il-valutazzjoni inizjali u d-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb, kif previsti fl-Artikoli 8(1) u 9(1), rispettivament; (b) il-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1); (ċ) il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 11(1); (d) il-programmi ta’ miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 13(2). 3. Id-dettalji ta’ kwalunkwe aġġornament li jsir konsegwentement għar-reviżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, lill-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali u lil kull Stat Membru ieħor konċernat sa tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom skond l-Artikolu 19(2). 4. L-Artikoli 12 u 16 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|