|
+Artikolu 8b 2. |
Artikolu 8b 2.Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 sal-1 ta’ Mejju 2028, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem. Meta taġġorna l-lista ta' sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza jew indikatur mil-lista ta' sorveljanza li għaliha tista' titwettaq valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE mingħajr data ta' monitoraġġ addizzjonali. Madankollu, sustanza individwali, grupp ta' sustanzi jew indikatur jistgħu jinżammu fil-lista ta' sorveljanza għal perjodu ieħor ta' massimu ta' tliet snin meta tkun meħtieġa data ta' monitoraġġ addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għall-ambjent akkwatiku. Kull lista ta' sorveljanza aġġornata għandha tinkludi wkoll sustanza addizzjonali waħda jew aktar, grupp ta' sustanzi, jew indikaturi li għalihom il-Kummissjoni tqis, abbażi tar-rapporti xjentifiċi tal-ECHA, li jista' jkun hemm riskju mifrux għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, bil-kundizzjoni li l-lista ta' sorveljanza aġġornata jkun fiha massimu ta' għaxar sustanzi, gruppi ta' sustanzi, jew indikaturi, f'konformità mal-paragrafu 1. Il-mikroplastiċi u l-indikaturi tar-reżistenza għall-antimikrobiċi ma għandhomx jinżammu fil-lista għat-tieni perjodu konsekuttiv ta' tliet snin sakemm ma tkunx disponibbli metodoloġija armonizzata u affidabbli ta' valutazzjoni tar-riskju li, meta tiġi applikata, turi li d-data ta' monitoraġġ miġbura matul l-ewwel perjodu ta' monitoraġġ ma tkunx biżżejjed biex jiġi vvalutat ir-riskju li dawn joħolqu għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|