|
+Artikolu 8b 3. |
Artikolu 8b 3.L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza, grupp ta' sustanzi, u indikatur fil-lista ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 fi stazzjonijiet ta' monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq perjodu ta' 24 xahar. Il-perjodu ta' monitoraġġ għandu jibda fi żmien sitt xhur mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista, iżda t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ma għandhomx għalfejn jinbdew fil-bidu ta' dak il-perjodu. Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-anqas stazzjon ta' monitoraġġ wieħed, flimkien ma' stazzjon wieħed jekk ikollu aktar minn miljun abitant, flimkien mal-għadd ta' stazzjonijiet ugwali għaż-żona ġeografika tiegħu f'km2 diviża b'60 000 , aġġustat għall-eqreb numru sħiħ, flimkien mal-għadd ta' stazzjonijiet ugwali għall-popolazzjoni tiegħu diviża b'5 miljuni, aġġustat għall-eqreb numru sħiħ. Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza tal-monitoraġġ u ż-żmien għal kull sustanza, grupp ta' sustanzi, jew indikatur, l-Istati Membri għandhom iqisu l-varjabbiltà staġjonali fix-xita, il-livelli tal-ilma, ix-xejriet tal-użu u l-possibbiltà li s-sustanza, il-grupp ta' sustanzi, jew l-indikatur iseħħu. Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darbtejn fis-sena meta titwettaq fl-ilma u mhux inqas minn darba fis-sena meta titwettaq fis-sediment jew fil-bijota. Meta jkunu meħtieġa frekwenzi ogħla, bħal għal sustanzi li huma sensittivi għal varjabbiltajiet klimatiċi jew staġjonali, iż-żieda fil-frekwenza għandha tiġi stabbilita u ġustifikata teknikament fl-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta' sorveljanza adottata skont il-paragrafu 1. Meta Stat Membru jkun f'pożizzjoni li jiġġenera u jipprovdi lill-Kummissjoni b'data ta' monitoraġġ reċenti, rappreżentattiva, komparabbli u suffiċjenti għal sustanza partikolari, grupp ta' sustanzi, jew indikatur minn programmi jew studji ta' monitoraġġ eżistenti, huwa jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali skont il-mekkaniżmu tal-lista ta' sorveljanza għal dik is-sustanza, grupp ta' sustanzi, jew indikatur, dment li s-sustanza, grupp ta' sustanzi, jew indikatur, ikunu ġew immonitorjati bl-użu ta' metodoloġija li tkun konformi mal-matriċijiet ta' monitoraġġ u mal-metodi ta' analiżi msemmija fl-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta' sorveljanza, kif ukoll mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE ( 14 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|