+ANNESS II STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI

ANNESS II STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI




ANNESS II

STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI

GĦAL KONTAMINANTI SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA Parti A: LISTA INDIKATTIVA TA' KATEGORIJI TA' KONTAMINANTI SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

1. Komposti organoaloġeniċi u sustanzi li jistgħu jiffurmaw tali komposti fl-ambjent akkwatiku.

2. Komposti organofosforiċi.

3. Komposti organostanniċi.

4. Sustanzi u preparazzjonijiet, jew il-prodotti tad-dekompożizzjoni tagħhom, li ġew ippruvati li għandhom proprjetajiet karċinoġeniċi jew mutaġeniċi jew proprjetajiet li jistgħu jaffetwaw il-funzjoni steroidoġenika, tirojdjana jew dik riproduttiva jew funzjonijiet oħra endokrinali, fl-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

5. Idrokarburi persistenti u sustanzi organiċi tossiċi bijoakkumulattivi u persistenti.

6. Ċjanuri.

7. Metalli u l-komposti tagħhom.

8. Arseniku u l-komposti tiegħu.

9. Bijoċidi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

10. Materjali f'sospensjoni, inkluż mikro/nanoplastiċi

11. Mikroorganiżmi, ġeni jew materjal ġenetiku li jirriflettu l-preżenza ta' mikroorganiżmi reżistenti għall-aġenti antimikrobiċi, b'mod partikolari mikroorganiżmi patoġeniċi għall-bnedmin jew għall-bhejjem.

PARTI B: IL-PROĊEDURA GĦAD-DERIVAZZJONI TA' STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI GĦAL KONTAMINANTI SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

Il-metodi użati għall-istabbiliment ta' EQS għal kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara għandhom jinkludu l-passi li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni tar-riċetturi u tal-kompartimenti jew tal-matriċijiet f'riskju mis-sustanza ta' tħassib;

(b) 

il-ġbir u l-valutazzjoni tal-kwalità tad-data dwar il-proprjetajiet tas-sustanza ta' tħassib, inkluż l-(eko)tossiċità tagħha, b'mod partikolari minn rapporti dwar l-istudji fil-laboratorju, fuq il-mesokożmi u fuq il-post li jkopru l-effetti kemm kroniċi kif ukoll akuti f'ambjenti kemm tal-ilma ħelu kif ukoll tal-ilma mielaħ;

(c) 

l-estrapolazzjoni tad-data dwar l-(eko)tossiċità għall-ebda effett jew konċentrazzjonijiet simili bl-użu ta' metodi deterministiċi jew probabilistiċi, u l-għażla u l-applikazzjoni ta' fatturi ta' valutazzjoni xierqa sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi u jiġu dderivati l-EQS;

(d) 

it-tqabbil tal-EQS għal riċetturi u kompartimenti differenti, u l-għażla ta' EQS kritiku, jiġifieri l-EQS li jipprovdi protezzjoni lill-aktar riċettur sensittiv fl-aktar kompartiment jew matriċi rilevanti.

PARTI C: REPOŻITORJU TA' STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI ARMONIZZATI GĦALL-KONTAMINANTI SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA



Entrata Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta' sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

AA-EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[μg/l]

AA-EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[μg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[μg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[μg/l]

EQS

Bijota (6)

[μg/kg ta' piż niedi] jew EQS tas-Sediment fejn ikun hekk indikat [μg /kg ta' piż xott]

1

Alaklor (7)

Pestiċidi

15972-60-8

240-110-8

0,3

0,3

0,7

0,7

 

2

Tetraklorur tal-karbonju (7)

Sustanzi industrijali

56-23-5

200-262-8

12

12

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

3

Klorfenvinfos (7)

Pestiċidi

470-90-6

207-432-0

0,1

0,1

0,3

0,3

 

4

Simażina (7)

Pestiċidi

122-34-9

204-535-2

1

1

4

4

 

5

Triklorobenżini (7)

Sustanzi industrijali - solvent

12002-48-1

234-413-4

0,4

0,4

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

6

Atrażina (7)

Pestiċidi - erbiċidi

1912-24-9

217-617-8

0,6

0,6

2,0

2,0

 

(1)   

CAS: Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi.

(2)   

Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)   

Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)   

L-ilmijiet tal-wiċċ interni jinkludu xmajjar u lagi u korpi tal-ilma artifiċjali jew modifikati ħafna relatati.

(5)   

Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (MAC EQS). Fejn l-MAC EQS ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA EQS jitqiesu bħala protettivi kontra l-intensitajiet ta' tniġġis fuq perjodu qasir fi skariki kontinwi, minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

(6)   

Jekk jingħata EQS tal-bijota, minflok EQS tal-ilma, dan għandu jiġi applikat, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3) ta' din id-Direttiva li tippermetti li minflok tiġi mmonitorjata unità tassonomika ta' bijota alternattiva, jew matriċi oħra, sakemm l-EQS applikat jipprovdi livell ekwivalenti ta' protezzjoni. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-EQS tal-bijota huwa għall-ħut.

(7)   

Sustanza preċedentement elenkata bħala sustanza ta' prijorità fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE jew fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.