+Artikolu 4 Standards bażiċi komuni
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Standards bażiċi komuni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

L-istandards bażiċi komuni għas-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness.

Standards bażiċi komuni addizzjonali mhux previsti fid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu ma’ l-Anness skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

Artikolu 4 2.

Għandhom jiġu adottati miżuri ġenerali, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 billi jissupplimentawhom, skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Dawn il-miżuri ġenerali għandhom jikkonċernaw:

(a) 

metodi ta’ skrinjar permessi;

(b) 

kategoriji ta’ oġġetti li jistgħu jkunu pprojbiti;

(ċ) 

għal dak li jirrigwarda kontroll, raġunijiet biex jingħata aċċess għaż-żona ta’ l-arju u żoni ta’ sigurtà ristretta;

(d) 

metodi permessi għall-eżami ta’ vetturi, kontrolli ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru u tiftix ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru;

(e) 

kriterji biex tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza ta’ standards ta’ sigurtà ta’ pajjiżi terzi;

(f) 

kondizzjonijiet li taħthom merkanzija u posta għandhom jiġu skrinjati jew soġġetti għal kontrolli oħra ta’ sigurtà, kif ukoll il-proċess għall-approvazzjoni jew ħatra ta’ aġenti regolatorji, konsenjaturi magħrufin u konsenjaturi in konto;

(g) 

kondizzjonijiet li taħthom posta bl-ajru u materjal ta’ l-inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu skrinjati jew soġġetti għal kontrolli oħra ta’ sigurtà;

(h) 

kondizzjonijiet li taħthom fornimenti ta’ waqt it-titjira u fornimenti ta’ l-ajruport għandhom jiġu skrinjati jew soġġetti għal kontrolli oħra ta’ sigurtà, kif ukoll il-proċess għall-approvazzjoni jew ħatra ta’ fornituri regolati u fornituri magħrufa;

(i) 

kriterji għad-definizzjoni ta’ partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta;

(j) 

kriterji għal reklutaġġ tal-persunal u metodi ta’ taħriġ;

(k) 

kondizzjonijiet li taħthom proċeduri ta’ sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet minn kontrolli ta’ sigurtà jistgħu jiġu applikati; u

(l) 

kwalunkwe miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 billi jissupplimentawhom, li ma kinux previsti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 19(4).

Artikolu 4 3.

Miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 u l-miżuri ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19 (2).

Dawn għandhom jinkludu:

(a) 

rekwiżiti u proċeduri għal skrinjar;

(b) 

lista ta’ oġġetti projbiti;

(ċ) 

rekwiżiti u proċeduri għal kontroll ta’ l-aċċess;

(d) 

rekwiżiti u proċeduri għall-eżami ta’ vetturi, kontrolli ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru u tiftix ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru;

(e) 

deċiżjonijiet biex tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza ta’ standards ta’ sigurtà applikati f’pajjiż terz;

(f) 

għal dak li jirrigwarda merkanzija u posta, proċeduri għall-approvazzjoni jew ħatra ta’, u l-obbligi li jridu jiġu sodisfatti minn, aġenti regolatorji, konsenjaturi magħrufin u konsenjaturi in konto;

(g) 

rekwiżiti u proċeduri għal kontrolli ta’ sigurtà ta’ posta b’inġenju ta’ l-arju u materjali ta’ l-inġenju ta’ l-ajru;

(h) 

għal dak li jirrigwarda fornimenti għal waqt it-titjira u fornimenti ta’ l-ajruport, proċeduri għall-approvazzjoni jew ħatra ta’, u l-obbligi li jridu jiġu sodisfatti minn, fornituri regolati u fornituri magħrufa;

(i) 

definizzjoni ta’ partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta;

(j) 

rekwiżiti ta’ reklutaġġ u taħriġ tal-persunal;

(k) 

proċeduri ta’ sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet minn kontrolli ta’ sigurtà;

(l) 

speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri għall-approvazzjoni u l-użu ta’ tagħmir ta’ sigurtà;u

(m) 

rekwiżiti u proċeduri fir-rigward ta’ passiġġieri potenzjalment problematiċi.

Meta jiġu adottati miżuri dettaljati relatati mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi għall-approvazzjoni u l-użu ta' tagħmir tas-sigurtà li jikkonċerna sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 4 4.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ l-emenda ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3), tistabbilixxi kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 u jadottaw miżuri ta’ sigurtà alternattivi li jipprovdu livell ta’ protezzjoni adegwat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju lokali. Tali miżuri alternattivi għandhom jiġu ġustifikati b’raġunijiet marbutin mad-daqs ta’ l-inġenju ta’ l-ajru, jew b’raġunijiet marbutin man-natura, l-iskala jew il-frekwenza ta’ l-operazzjonijiet jew ta’ attivitajiet rilevanti oħrajn.

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 19(4).

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri.

Artikolu 4 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni fit-territorju tagħhom ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1. Fejn Stat Membru jkollu raġuni biex jemmen li l-livell ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ġie kompromess minħabba ksur fis-sigurtà, huwa għandu jiżgura li tittieħed azzjoni adegwata u f’waqtha biex tirrettifika dak il-ksur u tiżgura s-sigurtà kontinwa ta’ l-avjazzjoni ċivili.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R0300
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.