|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 u l-miżuri ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19 (2). Dawn għandhom jinkludu:
(a)
rekwiżiti u proċeduri għal skrinjar;
(b)
lista ta’ oġġetti projbiti;
(ċ)
rekwiżiti u proċeduri għal kontroll ta’ l-aċċess;
(d)
rekwiżiti u proċeduri għall-eżami ta’ vetturi, kontrolli ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru u tiftix ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru;
(e)
deċiżjonijiet biex tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza ta’ standards ta’ sigurtà applikati f’pajjiż terz;
(f)
għal dak li jirrigwarda merkanzija u posta, proċeduri għall-approvazzjoni jew ħatra ta’, u l-obbligi li jridu jiġu sodisfatti minn, aġenti regolatorji, konsenjaturi magħrufin u konsenjaturi in konto;
(g)
rekwiżiti u proċeduri għal kontrolli ta’ sigurtà ta’ posta b’inġenju ta’ l-arju u materjali ta’ l-inġenju ta’ l-ajru;
(h)
għal dak li jirrigwarda fornimenti għal waqt it-titjira u fornimenti ta’ l-ajruport, proċeduri għall-approvazzjoni jew ħatra ta’, u l-obbligi li jridu jiġu sodisfatti minn, fornituri regolati u fornituri magħrufa;
(i)
definizzjoni ta’ partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta;
(j)
rekwiżiti ta’ reklutaġġ u taħriġ tal-persunal;
(k)
proċeduri ta’ sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet minn kontrolli ta’ sigurtà;
(l)
speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri għall-approvazzjoni u l-użu ta’ tagħmir ta’ sigurtà;u
(m)
rekwiżiti u proċeduri fir-rigward ta’ passiġġieri potenzjalment problematiċi. Meta jiġu adottati miżuri dettaljati relatati mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi għall-approvazzjoni u l-użu ta' tagħmir tas-sigurtà li jikkonċerna sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|