+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.

Artikolu 8

Il-validità ta' liċenzja operattiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

Liċenzja operattiva għandha tkun valida sakemm it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

Trasportatur ta' l-ajru Komunitarju għandu f'kull ħin ikun kapaċi li juri lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji li huwa jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 8 2.

L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tissorvelja akkuratament il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Għandha f'kull każ tirrivedi l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

sentejn wara li tkun ingħatat liċenzja operattiva,

(b) 

meta jkun hemm suspett ta' problema potenzjali, jew

(ċ) 

fuq talba tal-Kummissjoni.

Fil-każ li l-awtorità kompetenti tal-liċenzji tissuspetta li l-problemi finanzjarji ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jistgħu jinċidu fuq is-sikurezza ta' l-operazzjonijiet tiegħu, għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA.

Artikolu 8 3.

Il-liċenzja operattiva għandha titressaq mill-ġdid għall-approvazzjoni meta trasportatur ta' l-ajru Komunitarju:

(a) 

ma jkunx beda jopera fi żmien sitt xhur mill-għoti ta' liċenzja operattiva,

(b) 

ikun waqaf jopera għal aktar minn sitt xhur, jew

(ċ) 

li jkun liċenzjat abbażi ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(3) ikollu l-ħsieb li jieħu sehem f'operazzjonijiet b'inġenji ta' l-ajru li jeċċedu l-limitu tad-daqs speċifikat fl-Artikolu 5(3) jew ma jkunx baqa’ konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

Artikolu 8 4.

Kull trasportatur ta' l-ajru Komunitarju għandu jipprovdi, lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji, il-kontijiet verifikati tiegħu mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar jum tas-sena finanzjarja rispettiva, ħlief jekk stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali. Waqt l-ewwel sentejn ta' l-operat ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju, id-data msemmija fil-punt 3 ta' l-Anness I għandha tiġi magħmula disponibbli lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji fuq talba.

L-awtorità kompetenti tal-liċenzji tista' f'kull ħin tivvaluta r-rendiment finanzjarju ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju li lilu tkun ingħatat liċenzja operattiva billi titlob għall-informazzjoni rilevanti. Bħala parti minn tali valutazzjoni, it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju in kwistjoni għandu jaġġorna d-data msemmija fil-punt 3 ta' l-Anness I u jipprovdiha lill-awtoritajiet kompetenti tal-liċenzji fuq talba.

Artikolu 8 5.

Trasportatur ta' l-ajru Komunitarju għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji:

(a) 

qabel kwalunkwe operat ta' servizz ta' l-ajru ġdid għal kontinent jew reġjun tad-dinja li qabel ma kienx moqdi, jew kwalunkwe bidla sostanzjali oħra fl-iskala ta' l-attivitajiet tiegħu, inklużi, iżda mhux limitatament għalihom, bidliet fit-tip jew numru ta' inġenji ta' l-ajru wżati;

(b) 

qabel kwalunkwe merger jew akkwiżizzjoni maħsuba; u

(ċ) 

fi żmien 14-il jum b'kull bidla fir-rigward tad-dritt ta' proprjetà fuq kwalunkwe sehem ta' azzjonist wieħed li jirrappreżenta 10 % jew aktar ta' l-ishma kollha tat-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jew tal-kumpannija parent tiegħu jew tal-kumpannija holding finali tiegħu

Artikolu 8 6.

Jekk l-awtorità kompetenti tal-liċenzji tqis li l-bidliet notifikati taħt il-paragrafu 5 għandhom effett sinifikanti fuq il-finanzi tal-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju, hija għandha tesiġi il-preżentazzjoni ta' pjan azjendali rivedut li jkun jinkorpora l-bidliet in kwistjoni u li jkopri, mill-inqas, perijodu ta' tnax-il xahar mid-data ta' l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll jinkorpora d-data msemmija fil-punt 2 ta' l-Anness I, flimkien ma' l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skond il-paragrafu 4.

L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tieħu deċiżjoni dwar il-pjan azjendali rivedut dwar jekk it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju jistax jissodisfa l-obbligi attwali u potenzjali tiegħu waqt dak il-perijodu ta' tnax-il xahar. Tali deċiżjoni għandha tittieħed mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ingħatatilha l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Artikolu 8 7.
Għar-rigward ta' trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji liċenzjati minnha, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tiddeċiedi jekk il-liċenzja operattiva għandhiex tiġi ppreżentata mill-ġdid għall-approvazzjoni f'każ ta' bidla f'element wieħed jew iżjed li jinċidu fuq is-sitwazzjoni legali ta' trasportatur ta' l-ajru Komunitarju u, b'mod partikolari, fil-każ ta' merger jew akkwiżizzjoni.
Artikolu 8 8.

Il-paragrafi 4, 5 u 6 ma japplikawx għal trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji li joperaw esklussivament b'inġenji ta' l-ajru ta' anqas minn 10 tunnellati metriċi ta' MTOM u/jew anqas minn 20 post. Dawn it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji għandhom f'kull ħin ikunu kapaċi li juru li l-kapital nett tagħhom ikun mill-inqas EUR 100 000 jew li jagħtu, meta mitluba mill-awtorità kompetenti tal-liċenzji, l-informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2).

L-awtorità kompetenti tal-liċenzji jista’ minkejja dan kollu tapplika l-paragrafi 4, 5 u 6 għal trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji liċenzjati minnha li joperaw servizzi ta' l-ajru skedati jew li t-turnover tagħhom jeċċedi EUR 3 miljuni kull sena.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.