+Artikolu 38 Reviżjoni
---+Article 38 2.
---+Article 38 3.

Artikolu 38 Reviżjoni

Artikolu 38

Reviżjoni

▼M3 —————

▼B

2.  Fir-rapport trasmess sal-31 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari, abbażi tal-esperjenza rigward l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-esperjenza rigward is-CCS u b’kont meħud tal-progress tekniku u tal-konoxxenza xjentifika l-aktar reċenti:

— jekk il-konteniment permanenti tas-CO2 b’tali mod li jiġu prevenuti u mnaqqsa kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u kwalunkwe riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza ambjentali u umana mis-CCS ġiex muri b’mod suffiċjenti;

— jekk il-proċeduri rigward ir-reviżjonijiet mill-Kummissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin, imsemmijin fl-Artikolu 10 u l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tar-responsabbiltà imsemmijiet fl-Artikolu 18 għadhomx meħtieġa;

— l-esperjenza bid-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji u l-proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ nixxigħat tas-CO2 msemmija fl-Artikolu 12;

— l-esperjenza bid-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-partijiet terzi msemmi fl-Artikoli 21 u 22 u bid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni transkonfinali taħt l-Artikolu 24;

— id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-impjanti ta’ kombustjoni b’kapaċità ta’ produzzjoni elettrika ta’ 300 megawatts jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 2001/80/KE;

— prospetti għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’pajjiżi terzi;

— aktar żvilupp u aġġornament tal-kriterji msemmija fl-Anness I u fl-Anness II;

— esperjenza rigward inċentivi għall-applikazzjoni tas-CCS fuq installazzjonijiet tal-kombustjoni tal-bijomassa;

— il-ħtieġa għal aktar regolamentazzjoni rigward riskji ambjentali relatati mat-trasport tas-CO2;

u għandha tippreżenta proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva jekk ikun hemm bżonn.

3.  Meta jintwera b’mod suffiċjenti li jkun hemm kontaminazzjoni permanenti tas-CO2 b’mod li jkunu impeduti u, meta dan ma jkunx possibbli, eliminati kemm jista’ jkun l-effetti negattivi u kwalunkwe riskju għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u s-sigurtà ambjentali u għall-bniedem tas-CCS, kif ukoll il-fattibbiltà ekonomika tagħha, ir-reviżjoni għandha teżamina jekk hux meħtieġ u prattikabbli li jkun stabbilit rekwiżit obbligatorju għal standards ta’ prestazzjoni ta’ emmissjonijiet għal installazzjonijiet ta’ kombustjoni kbar u ġodda għall-ġenerazzjoni tal-elettriku taħt l-Artikolu 9a tad-Direttiva 2001/80/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 38 2.

In the report transmitted by 31 March 2015, the Commission shall assess in particular, on the basis of experience with the implementation of this Directive, in light of the experience with CCS and taking into account technical progress and the most recent scientific knowledge:

— 
whether permanent containment of CO2 in such a way as to prevent and reduce as far as possible negative effects on the environment and any resulting risk to human health and the environmental and human safety of CCS has been sufficiently demonstrated,
— 
whether the procedures regarding the Commission's reviews of the draft storage permits, referred to in Article 10, and the draft decisions on transfer of responsibility, referred to in Article 18, are still required,
— 
experience with the provisions on CO2 stream acceptance criteria and procedure referred to in Article 12,
— 
experience with the provisions on third-party access referred to in Articles 21 and 22 and with the provisions on transboundary cooperation pursuant to Article 24,
— 
the provisions applicable to combustion plants with a rated electrical output of 300 megawatts or more referred to in Article 9a of Directive 2001/80/EC,
— 
prospects for geological storage of CO2 in third countries,
— 
further development and updating of the criteria referred to in Annex I and Annex II,
— 
experience with incentives for applying CCS on installations combusting biomass,
— 
the need for further regulation on environmental risks related to CO2 transport,

and shall present a proposal for revision of the Directive if appropriate.

Article 38 3.
Where permanent containment of CO2 in such way as to prevent and, where this is not possible, eliminate as far as possible negative effects and any risk to the environment and human health, and the environmental and human safety of CCS have been sufficiently demonstrated, as well as its economic feasibility, the review shall examine whether it is needed and practicable to establish a mandatory requirement for emission performance standards for new electricity-generating large combustion installations pursuant to Article 9a of Directive 2001/80/EC.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.