|
+Artikolu 3 Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi |
Artikolu 3 Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturiArtikolu 3 Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jiżgura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura normalment ibbażata fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-użu ta’ vettura f’avvenimenti u attivitajiet tal-isports motorizzat, inklużi t-tlielaq, il-kompetizzjonijiet, it-taħriġ, l-ittestjar u d-dimostrazzjonijiet f’żona ristretta u demarkata fi Stat Membru, fejn l-Istat Membru jiżgura li l-organizzatur tal-attività, jew kwalunkwe parti oħra, ikunu għamlu polza alternattiva tal-assigurazzjoni jew garanzija li tkopri l-ħsara lil kwalunkwe parti terza, inklużi l-ispettaturi u persuni oħra fil-qrib, iżda mhux neċessarjament tkopri l-ħsara lis-sewwieqa parteċipanti u l-vetturi tagħhom. Il-ħsara koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu determinati fuq il-bażi tal-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jkopri wkoll:
(a)
skont il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra, kull telf jew korriment ikkawżat fit-territorju ta’ dawk l-Istati;
(b)
kull telf jew korriment soffert minn ċittadini ta’ Stati Membri tul vjaġġ dirett bejn żewġ territorji li fihom it-Trattat ikun fis-seħħ, jekk ma jkun hemm l-ebda uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi responsabbli għat-territorju li jkun qed jinqasam; f’dak il-każ, it-telf jew korriment għandu jkun kopert skont il-liġijiet nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun normalment ibbażata. L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|