+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“prodott relatat mal-enerġija”, minn hawn ‘il quddiem “prodott”, ifisser kull oġġett li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu li jiġi mqiegħed fis-suq u/jew jibda jiġi mħaddem, inklużi l-partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati f’ prodotti relatati mal-enerġija koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiġu mħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista’ tiġi stmata b’mod indipendenti;

2. 

“komponenti u partijiet oħra għall-immuntar” tfisser partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti, u li mhumiex preżenti fis-suq u/jew ma jiġux imħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali jew li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom ma tistax tiġi stmata b’mod indipendenti;

3. 

“miżuri implimentattivi” tfisser miżuri adottati skont din id-Direttiva li jistabbilixxu r-rekwiżiti meħtieġa tal-ekodisinn għal prodotti definiti jew għall-aspetti ambjentali tagħhom;

4. 

“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità bil-ħsieb li jkun hemm distribuzzjoni jew użu tiegħu fi ħdan il-Komunità kemm jekk dan isir bi ħlas jew b’xejn u irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ;

5. 

“tħaddim” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott skont l-użu maħsub tiegħu minn utent aħħari fil-Komunità;

6. 

“fabbrikant” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-prodotti koperti f’din id-Direttiva u li tkun responsabbli għall-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva in vista tat-tqegħid tagħhom fis-suq/jew it-tħaddim taħt l-isem tal-fabbrikant stess jew it-trademark jew inkella għall-użu personali tal-fabbrikant. Fin-nuqqas ta’ fabbrikant, hekk kif definit fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt jew ta’ importatur kif imfisser fil-punt 8, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq u/jew tħaddem prodotti li jaqgħu taħt din id-Direttiva għandha titqies bħala fabbrikant;

7. 

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-fabbrikant sabiex twettaq f’ismu l-obbligi u l-formalitajiet kollha jew parti minnhom li jkollhom x’jaqsmu ma’ din id-Direttiva;

8. 

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju waqt il-ħidma kummerċjali tagħha;

9. 

“materjali” tfisser il-materjali kollha wżati waqt iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott;

10. 

“disinn tal-prodott” tfisser l-għadd ta’ proċessi li jittrasformaw ir-rekwiżiti legali, tekniċi, tas-sigurtà, funzjonali, tas-suq jew oħrajn li jridu jiġu sodisfatti minn prodott fl-ispeċifikazzjoni teknika għal dak il-prodotti;

11. 

“aspett ambjentali” tfisser element jew funzjoni ta’ prodott li jista’ jkollu interazzjoni mal-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

12. 

“impatt ambjentali” tfisser kull bidla fl-ambjent li tirriżulta b’mod sħiħ jew parzjali mill-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

13. 

“ċiklu tal-ħajja” tfisser il-fażijiet konsekuttivi u interkonnessi ta’ prodott mill-użu tal-materja prima sar-rimi finali, l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ;

14. 

“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha prodott jew il-komponenti tiegħu, wara li jkunu laħqu t-tmiem tal-ewwel użu tagħhom, jintużaw għall-istess skop li għaliha kienu ġew maħluqa, inkluż l-użu kontinwu ta’ prodott, li jintbagħat lura lill-post għall-ġbir, fornitur, riċiklatur jew fabbrikant, kif ukoll użu mill-ġdid ta’ prodott wara li ġie arranġat mill-ġdid;

15. 

“riċiklaġġ” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta’ produzzjoni ta’ materjal ta’ skart sabiex għall-fini oriġinali tiegħu jew għal finijiet oħra iżda eskluż l-irkupru tal-enerġija;

16. 

“irkupru tal-enerġija” tfisser l-użu ta’ skart kombustibbli bħala mezz biex jiġġenera l-enerġija permezz ta’ inċinerazzjoni diretta ma’ skart ieħor jew mingħajru iżda bl-irkupru tas-sħana;

17. 

“irkupru” tfisser kull operazzjoni applikabbli li jipprovdi għalihom l-Anness II B tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart ( 21 );

18. 

“skart” tfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 2006/12/KE li d-detentur jarmi jew li jkolli l-intenzjoni jew ikun meħtieġ li jarmi;

19. 

“skart perikoluż” ifisser kull skart li kopert mill-Artikolu 1 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 22 );

20. 

“profil ekoloġiku” tfisser deskrizzjoni, skont il-miżuri implimentattivi applikabbli għall-prodott, tal-inputs u l-outputs (bħalma huma l-materjal, l-emissjonijiet u l-iskart) assoċjati mal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu li jkunu sinifikanti għal dak li għandu x’jaqsam mal-impatt ambjentali u huma espressi fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jiġu mkejla;

21. 

“prestazzjoni ambjentali” ta’ prodott tfisser ir-riżultati tal-immaniġġar tal-aspetti ambjentali tal-prodott mill-fabbrikant, hekk kif riflessi fid-dokumentazzjoni teknika tiegħu;

22. 

“titjib fil-prestazzjoni ambjentali” tfisser il-proċess li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott matul ħafna ġenerazzjonijiet, għalkemm mhux neċessarjament fir-rispett tal-aspetti ambjentali kollha tal-prodott simultanjament;

23. 

“ekodisinn” tfisser l-integrazzjoni tal-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu;

24. 

“rekwiżit għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit relatat ma’ prodott, jew id-disinn ta’ prodott, li jkun maħsub biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tiegħu, jew kull rekwiżit ieħor għat-tqassim tal-informazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-aspett ambjentali ta’ prodott;

25. 

“rekwiżit ġeneriku għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit għall-ekodisinn ibbażat fuq il-profil ekoloġiku sħiħ ta’ prodott mingħajr valuri ta’ limitu fissi għal aspetti ambjentali partikolari;

26. 

“rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn” tfisser rekwiżit kwantifikat u li jista’ jitkejjel għall-ekodisinn li jkollu x’jaqsam ma’ aspett ambjentali partikolari ta’ prodott, bħalma huwa l-konsum tal-enerġija waqt l-użu, u kkalkulat għal ċerta unità ta’ prestazzjoni tal-output;

27. 

“standard armonizzat” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn entità rikonoxxuta tal-istandards taħt mandat mill-Kummissjoni, konformement mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi ( 23 ), bl-għan li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew, li l-konformità magħha ma tkunx mandatorja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0125
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.