|
+Artikolu 9 Bexx mill-ajru ---+Article 9 1. ---+Article 9 2. ---+Article 9 3. ---+Article 9 4. ---+Article 9 5. ---+Article 9 6. |
Artikolu 9 Bexx mill-ajruArtikolu 9 Bexx mill-ajru 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bexx mill-ajru jkun projbit. 2. B’deroga mill-paragrafu 1 il-bexx mill-ajru jista’ jkun permess biss f’każijiet speċjali kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) m’għandux ikun hemm alternattivi vijabbli oħra, jew għandu jkun hemm vantaġġi ċari f’termini ta’ impatti mnaqqsa fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent meta mqabbel mal-applikazzjoni tal-pestiċidi mill-art; (b) il-pestiċidi użati għandhom ikunu approvati espliċitament għall-bexx mill-ajru mill-Istat Membru wara valutazzjoni speċifika li tindirizza r-riskji tal-bexx mill-ajru; (c) l-operatur li jbexxex mill-ajru għandu jkollu ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 5(2). Matul il-perijodu transitorju fejn is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni ma jkunux għadhom stabbiliti, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw evidenza oħra ta’ konoxxenza suffiċjenti; (d) l-intrapriża responsabbli għall-forniment ta’ applikazzjonijiet għall-bexx mill-ajru għandha tkun iċċertifikata minn awtorità kompetenti li tawtorizza tagħmir u inġenji tal-ajru għal applikazzjoni tal-pestiċidi mill-ajru; (e) jekk l-inħawi li għandhom jitbexxu qegħdin qrib ta’ nħawi miftuħin għall-pubbliku, fl-approvazzjoni għandhom jiġu inklużi miżuri speċifiċi ta’ mmaniġġar tar-riskju biex jiġi żgurat li ma hemmx effetti negattivi fuq is-saħħa ta’ persuni li jinzertaw fl-inħawi. L-inħawi fejn se jsir il-bexx m’għandhomx ikunu qrib ħafna ta’ nħawi residenzjali; (f) mill-2013, l-ajruplan għandu jkun mgħammar b’aċċessorji li jikkostitwixxu l-aħjar teknoloġija disponibbli biex inaqqsu t-tifrix tal-bexx. 3. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti għall-istabbiliment tal-kondizzjonijiet speċifiċi li bihom jista’ jitwettaq il-bexx mill-ajru, għall-analiżi ta’ talbiet skont il-paragrafu 4 u sabiex jirrendu pubblika l-informazzjoni dwar l-uċuħ tar-raba’, iż-żoni, iċ-ċirkostanzi u r-rekwiżiti partikolari għall-applikazzjoni inklużi l-kondizzjonijiet tat-temp meta jista’ jkun permess il-bexx mill-ajru. Fl-approvazzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il-miżuri meħtieġa għat-twissija lir-residenti u l-persuni fil-qrib fi żmien xieraq u għall-protezzjoni tal-ambjent fil-viċinanza taż-żona mbexxa. 4. Utent professjonali li jixtieq japplika pestiċidi permezz ta’ bexx mill-ajru għandu jippreżenta talba għall-approvazzjoni ta’ pjan ta’ applikazzjoni lill-awtorità kompetenti biex japplika pestiċidi permezz ta’ bexx mill-ajru flimkien ma’ evidenza li turi li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u 3 huma ssodisfati. It-talba għall-applikazzjoni ta’ bexx mill-ajru, b’konformità mal-pjan ta’ applikazzjoni approvat, għandha titressaq fi żmien xieraq lill-awtorità kompetenti. Għandu jkollha informazzjoni dwar il-ħin proviżorju tal-bexx u l-ammonti u t-tip tal-pestiċidi applikati. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li t-talbiet għall-applikazzjonijiet għal bexx mill-ajru b’konformità ma’ pjan ta’ applikazzjoni approvat, li għalihom ma ġiet riċevuta ebda tweġiba dwar id-deċiżjoni li ttieħdet fil-perijodu ta’ żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jitqiesu bħala approvati. B’mod partikulari, f’ċirkustanzi bħal ma huma sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ diffikultà speċifika, talbiet uniċi ta’ applikazzjoni ta’ bexx mill-ajru jistgħu wkoll jitressqu għall-approvazzjoni. Fejn dan huwa ġustifikat, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibiltà li japplikaw proċedura mgħaġġla sabiex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jiġu sodisfatti qabel l-applikazzjoni ta’ bexx mill-ajru. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 huma sodisfatti billi jwettqu monitoraġġ xieraq. 6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru tat-talbiet u l-approvazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 4 u għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni relevanti li jinsabu fihom, bħall-inħawi fejn se jsir il-bexx, il-jum u l-ħin maħsub meta se jsir il-bexx u t-tip ta’ pestiċidji, b’konformità mal-liġi nazzjonali jew Komunitarja applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|