+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
|
Artikolu 8
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Aġenzija għandha jkollha Bord ta’ Mmaniġġjar li jikkonsisti minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm ukoll rappreżentant wieħed għal kull pajjiż li jipparteċipa fl-Aġenzija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti.
Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jista’ jaħtar, bħala membri fil-Bord ta’ Mmaniġġjar, żewġ personalitajiet xjentifiċi kwalifikati partikolarment fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent, li għandhom jiġu magħżula fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni personali li huma aktarx li jagħtu lix-xogħol tal-Aġenzija.
Kull membru tal-Bord ta’ Mmaniġġjar jista’ jkun irrappreżentat minn membru alternattiv.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jeleġġi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ tliet snin u għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Kull membru tal-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jkollu vot.
Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jeleġġi bureau li jista’ jiddelegalu deċiżjonijiet eżekuttivi, skont ir-regoli li hu għandu jadotta.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Mmaniġġjar għall-adozzjoni tagħhom għandhom jinħtieġu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jadotta programm ta’ xogħol multi-annwali ibbażat fuq l-oqsma ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 3(2), filwaqt li juża bħala bażi l-abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv msemmi fl-Artikolu 9, wara li jikkonsulta lill-kumitat xjentifiku, msemmi fl-Artikolu 10, u jirċevi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta’ xogħol multi-annwali għandu, mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-baġit annwali tal-Komunità, jinkludi estimi baġitarji ta’ nfiq multi-annwali.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Taħt il-programm multi-annwali, il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu kull sena jadotta il-programm ta’ xogħol tal-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv wara li jikkonsulta lill-kumitat xjentifiku u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm jista’ jiġi aġġustat matul is-sena permezz tal-istess proċedura.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu l-iktar tard sal-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 8 7.
|
L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0401
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|