+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “trasport internazzjonali” tfisser:

(a) vjaġġ li jsir minn vettura li l-punt ta’ tluq u l-punt ta’ destinazzjoni tiegħu huma f’żewġ Stati Membri differenti, bi jew mingħajr tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar;

(b) vjaġġ li jsir minn vettura li l-punt tat-tluq tiegħu u l-punt tal-wasla huma fl-istess Stat Membru, waqt li t-trikkib u l-inżul tal-passiġġieri jsir fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;

(c) vjaġġ li jsir minn vettura minn Stat Membru għal pajjiż terz jew bil-kontra, bi jew mingħajr tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar;

(d) vjaġġ li jsir minn vettura bejn pajjiżi terzi, bi tranżitu minn territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

(2) “servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien predeterminati;

(3) “servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn;

(4) “servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija li dawn iġorru gruppi ta’ passiġġieri maħluqa fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu;

(5) “operazzjonijiet tat-trasport għal rashom” tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ minn persuna fiżika jew ġuridika, fejn

— l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali, u

— il-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta’ dik il-persuna naturali jew legali jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b’xiri fit-tul jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta’ kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna naturali jew legali jew mill-persuna naturali nfisha jew minn persunal impjegat minn, jew imqiegħed għad-disposizzjoni, tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali;

(6) “Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru fejn l-operatur ikun jopera barra l-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit;

(7) “operazzjonijiet ta’ kabotaġġ” tfisser jew

— servizzi bit-triq nazzjonali tal-passiġġieri għall-kiri u kumpens imwettqa fuq bażi temporanja minn trasportatur fi Stat Membru ospitanti, jew

— il-ġbir u t-tniżżil ta’ passiġġieri fl-istess Stat Membru, waqt servizz internazzjonali regolari, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dment li mhux il-fini prinċipali ta’ dan is-servizz;

(8) “ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq” tfisser ksur li jistgħu jwasslu għat-telf tal-kondotta tajba skont l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, u/jew għat-tneħħija temporanja jew permanenti ta’ liċenzja Komunitarja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1073
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.