Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “trasport internazzjonali” tfisser:
(a) vjaġġ li jsir minn vettura li l-punt ta’ tluq u l-punt ta’ destinazzjoni tiegħu huma f’żewġ Stati Membri differenti, bi jew mingħajr tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar;
(b) vjaġġ li jsir minn vettura li l-punt tat-tluq tiegħu u l-punt tal-wasla huma fl-istess Stat Membru, waqt li t-trikkib u l-inżul tal-passiġġieri jsir fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;
(c) vjaġġ li jsir minn vettura minn Stat Membru għal pajjiż terz jew bil-kontra, bi jew mingħajr tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar;
(d) vjaġġ li jsir minn vettura bejn pajjiżi terzi, bi tranżitu minn territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;
(2) “servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien predeterminati;
(3) “servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn;
(4) “servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija li dawn iġorru gruppi ta’ passiġġieri maħluqa fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu;
(5) “operazzjonijiet tat-trasport għal rashom” tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ minn persuna fiżika jew ġuridika, fejn
— l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali, u
— il-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta’ dik il-persuna naturali jew legali jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b’xiri fit-tul jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta’ kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna naturali jew legali jew mill-persuna naturali nfisha jew minn persunal impjegat minn, jew imqiegħed għad-disposizzjoni, tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali;
(6) “Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru fejn l-operatur ikun jopera barra l-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit;
(7) “operazzjonijiet ta’ kabotaġġ” tfisser jew
— servizzi bit-triq nazzjonali tal-passiġġieri għall-kiri u kumpens imwettqa fuq bażi temporanja minn trasportatur fi Stat Membru ospitanti, jew
— il-ġbir u t-tniżżil ta’ passiġġieri fl-istess Stat Membru, waqt servizz internazzjonali regolari, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dment li mhux il-fini prinċipali ta’ dan is-servizz;
(8) “ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq” tfisser ksur li jistgħu jwasslu għat-telf tal-kondotta tajba skont l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, u/jew għat-tneħħija temporanja jew permanenti ta’ liċenzja Komunitarja.