|
+Artikolu 5 L-aċċess għas-suq ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. ---+Article 5 4. ---+Article 5 5. |
Artikolu 5 L-aċċess għas-suqArtikolu 5 L-aċċess għas-suq (1) Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta’ bilfors. Dawn is-servizzi għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III. Is-servizzi regolari minn Stat Membru lil pajjiż terz u viċeversa għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-ftehim reċiproku bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz u, fejn xieraq, l-Istat Membru ta’ transitu, dment li l-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż. In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz. L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, l-użu ta’ vetturi addizzjonali u intervalli iqsar, n-nuqqas ta’ servizz ta’ ċerti waqfiet u s-servizz ta’ waqfiet addizzjonali fuq is-servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu rregolati mill-istess regoli għal dawk applikabbli għas-servizzi regolari eżistenti. (2) Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu partikolarment: (a) il-ġarr tal-passiġġieri bejn id-dar u x-xogħol; (b) il-ġarr sa u mill-istituzzjoni edukattiva għat-tfal tal-iskola u studenti. Il-fatt li servizz speċjali jista’ jiġi varjat skont il-ħtiġiet tal-utenti ma jolqotx il-klassifika tiegħu bħala servizz regolari. Is-servizzi regolari speċjali m’għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-Kapitolu III meta dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur. (3) Is-servizzi okkażjonali ma għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni skont il-Kapitolu III. Madankollu, l-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lil l-istess pubbliku bħal dawn tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu III. Servizzi okkażjonali m’għandhomx jieqfu milli jibqgħu servizzi okkażjonali biss fuq bażi tal-fatt li jkunu provduti f’ċerti intervalli. Servizzi okkażjonali jistgħu jingħataw minn grupp ta’ trasportaturi li jaġixxi għan-nom tal-istess kuntrattur, u dawk li jivvjaġġaw jistgħu jaqbdu konnessjoni fi triqithom, ma’ trasportatur differenti tal-istess grupp, fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għat-trażmissjoni tal-ismijiet ta’ dawn it-trasportaturi u l-punti ta’ kuntatt en route lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2). (4) Il-vjaġġi battala minn vetturi b’konessjoni mal-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, bl-istess mod m’għandhomx bżonn tal-awtorizzazzjoni. (5) Operazzjonijiet ta’ trasport għal rashom għandhom ikunu eżentati minn kull sistema ta’ awtorizzazzjoni iżda għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata u għandhom ikunu validi għall-vjaġġ kollu inkluż it-tranżitu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|