+KAPITOLU VI L-ISPEZZJONIJIET U L-PIENI
---+Artikolu 18 Biljetti tat-trasport
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
---+Artikolu 19 Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
---+Artikolu 20 Assistenza reċiproka
---+Artikolu 21 Irtirar tal-liċenzja Komunitarja u l-awtorizzazzjoni
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
---+Artikolu 22 Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru tal-istabbiliment
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.
------+Article 22 3.
------+Article 22 4.
------+Article 22 5.
---+Artikolu 23 Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ospitanti
------+Article 23 1.
------+Article 23 2.
------+Article 23 3.
---+Artikolu 24 Entrati fir-reġistri elettroniċi nazzjonali

KAPITOLU VI L-ISPEZZJONIJIET U L-PIENI

KAPITOLU VI L-ISPEZZJONIJIET U L-PIENI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 Biljetti tat-trasport

Artikolu 18

Biljetti tat-trasport

(1)  Trasportaturi li joperaw servizz regolari, esklużi s-servizzi regolari speċjali, għandhom joħorġu biljetti tat-trasport, individwali jew kollettivi, li juru:

(a) il-punti ta’ tluq u l-wasla u, meta applikabbli, il-vjaġġ ta’ ritorn;

(b) il-perijodu ta’ validità tal-biljett;

(c) it-tariffa tat-trasport.

(2)  Il-biljett tat-trasport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

Artikolu 19 Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi

Artikolu 19

Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi

(1)  Id-dokument ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ kontroll għandu jinġarr fuq il-vettura u għandu jiġi ppreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

(2)  It-trasportaturi li joperaw trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b’mod partikolari dwar is-sewqan u l-perijodi ta’ mistrieħ. Fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, uffiċjali awtorizzati li jispezzjonaw għandhom ikollhom l-awtorità li:

(a) jikkontrollaw il-kotba u dokumentazzjoni oħra li tirreferi għall-operazzjoni ta’ impriża ta’ trasport;

(b) jagħmlu kopji ta’, jew jieħdu estratti minn, kotba u dokumentazzjoni li jinsabu fil-post;

(c) ikollhom aċċess għall-postijiet kollha tal-impriża ta’ trasport, siti u vetturi;

(d) jeħtieġu li jingħataw kull informazzjoni li tinsab fil-kotba, dokumentazzjoni jew databases.

Artikolu 20 Assistenza reċiproka

Artikolu 20

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-iżgurar tal-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt imwaqqfa skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Artikolu 21 Irtirar tal-liċenzja Komunitarja u l-awtorizzazzjoni

Artikolu 21

Irtirar tal-liċenzja Komunitarja u l-awtorizzazzjoni

(1)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit għandhom jirtiraw il-liċenzja Komunitarja meta d-detentur:

(a) ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1);

(b) ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-data li kienet meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzja Komunitarja.

(2)  L-awtorità awtorizzanti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni meta d-detentur ma jkunx għadu jikkonforma mal-kondizzjonijiet li fuqhom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta l-Istat Membru li fih ikun stabbilit it-trasportatur ikun qiegħed hekk jesiġi. Dik l-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 22 Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru tal-istabbiliment

Artikolu 22

Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru tal-istabbiliment

(1)  Fil-każ ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa jew aċċertati minn kwalunkwe Stat Membru, b’mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta’ servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandhom jieħdu azzjoni xierqa li tista’ tinkludi twissija jekk ikun stipulat hekk fil-liġi nazzjonali, biex isegwu l-kwistjoni. Dan jista’ jwassal inter alia, għall-impożizzjoni tal-pieni amministrattivi li ġejjin:

(a) li jirtiraw temporanjament jew permanentament il-kopji ċertifikati awtentiċi kollha jew parti minnhom, tal-liċenzja Komunitarja;

(b) li jirtiraw temporanjament jew permanentament il-liċenzja Komunitarja.

Dawn il-pieni jistgħu jiġu determinati wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni finali dwar il-każ u għandhom jieħdu kont tal-gravità tal-ksur imwettaq mid-detentur tal-liċenzja Komunitarja u tal-għadd ta’ kopji ċertifikati awtentiċi ta’ dik il-liċenzja li kellu fir-rigward tat-traffiku internazzjonali.

(2)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat fejn ikunu ġew aċċertati l-ksur minnufih, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni finali tagħhom dwar il-kwistjoni, jekk ġewx imposti l-pieni previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u f’dak il-każ, liema minnhom.

Jekk dawn il-pieni ma jiġux imposti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jagħtu r-raġunijiet għal dan.

(3)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pieni imposti fuq it-trasportatur ikkonċernat ikunu, fit-totalità tagħhom, proporzjonali għall-ksur li jkun wassal jew ikunu wasslu għal dawk il-pieni waqt li jqisu kwalunkwe pieni għall-istess ksur imposta fl-Istat Membru fejn il-ksur ġie aċċertat.

(4)  Dan l-Artikolu huwa mingħajr ħsara għall-possibbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru tal-istabbilment tat-trasportatur li jagħtu bidu għal proċeduri quddiem qorti jew tribunal nazzjonali. Fil-każ li jitressqu tali proċeduri, l-awtorità kompetenti inkwistjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ġew żgurati dawn il-ksur.

(5)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt li jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 23 Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ospitanti

Artikolu 23

Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ospitanti

(1)  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu jafu dwar ksur gravi ta’ dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq imwettaq minn trasportatur li mhux residenti, l-Istat Membru fit-territorju fejn ġie ivverifikat il-ksur għandu jittrażmetti l-informazzjoni sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni:

(a) deskrizzjoni tal-ksur u l-jum u l-ħin meta twettqet;

(b) il-kategorija, it-tip u l-gravità tal-ksur; u

(c) il-pieni imposti u l-pieni eżegwiti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur jimponu pieni amministrattivi skont l-Artikolu 22.

(2)  Mingħajr preġudizzju għal prosekuzzjoni kriminali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jimponu pieni fuq it-trasportaturi mhux residenti li jkunu kkommettew ksur ta’ dan ir-Regolament jew tar-regolementi tat-trasport bit-triq nazzjonali jew tal-Komunità fit-territorju tagħhom waqt ħidmiet ta’ kabotaġġ. Il-pieni għandhom jiġu imposti fuq bażi mhux diskriminatorja u jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, jew, fl-eventwalità ta’ ksur serju impediment temporanju fuq operazzjonijiet b’kabotaġġ ġewwa t-territorju tal-Istat Membru li jospita fejn ikun seħħ il-ksur.

(3)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 24 Entrati fir-reġistri elettroniċi nazzjonali

Artikolu 24

Entrati fir-reġistri elettroniċi nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżġuraw, permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt, li ksur serji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, attribwibbli lil trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom, li wasslu għall-impożizzjoni ta’ pieni minn kwalunkwe Stat Membru kif ukoll kwalunkwe teħid lura permanenti jew temporanju tal-liċenzja Komunitarja jew tal-kopja ċertifikata awtentika tagħha għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq. Entraturi fir-reġistru li jikkonċernaw irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal ta’ lanqas sentejn miż-żmien tal-iskadenza tal-perijodu tal-irtirar, fil-każ ta’ irtirar temporanju, jew mid-data tal-irtirar, fil-każ ta’ irtirar permanenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1073
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.