|
+Artikolu 13 2. |
Artikolu 13 2.L-iskambju ta’ informazzjoni għandu b’mod partikolari jindirizza dan li ġej:
(a)
il-prestazzjoni tal-installazzjonijiet u l-metodi tekniċi f’termini ta’ emissjonijiet, espressi bħala medji għal perijodu qasir u perijodu twil, fejn adatt, u l-kondizzjonijiet ta’ referenza assoċjati, il-konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart;
(b)
il-metodi tekniċi użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi fihom;
(c)
l-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-metodi tekniċi emerġenti identifikati wara li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b). Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, l-informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi kondiviża biss mal-Kummissjoni u, wara li jkun ġie ffirmat ftehim ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni, ma’ ħaddiema taċ-ċivil u ma’ impjegati pubbliċi oħra li jirrappreżentaw lill-Istati Membri jew lill-aġenziji tal-Unjoni. L-informazzjoni għandha tiġi anonimizzata, b’tali mod li ma tirreferix għal operatur jew installazzjoni partikolari, meta tiġi kondiviża mal-partijiet ikkonċernati l-oħra involuti fl-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Informazzjoni mhux anonimizzata tista’ tiġi kondiviża biss f’każijiet fejn l-anonimizzazzjoni tal-informazzjoni ma tippermettix skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar il-BAT fil-kuntest tat-tfassil, ir-rieżami u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, ma’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw is-setturi industrijali rilevanti, kif xieraq, u meta tali rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ikunu ffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni. L-iskambju ta’ informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandu jibqa’ strettament limitat għal dak li huwa teknikament meħtieġ biex jitfasslu, jiġu rieżaminati u, fejn meħtieġ, jiġu aġġornati d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, u tali informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva ma għandhiex tintuża għal skopijiet oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|