+Artikolu 13 Dokumenti ta’ referenza tal-BAT u skambju ta’ informazzjoni
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 1a.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 3a.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
|
Artikolu 13 Dokumenti ta’ referenza tal-BAT u skambju ta’ informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Sabiex tfassal, tirrevedi u, fejn meħtieġ, taġġorna d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu s-saħħa tal-bniedem jew il-protezzjoni tal-ambjent, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Kummissjoni. Dak l-iskambju ta' informazzjoni għandu jimmira għal ċiklu ta' rieżami ta' tmien snin tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT li jagħtu prijorità lid-dokumenti li għandhom l-ogħla potenzjal biex itejbu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. It-tul ta’ żmien tal-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż l-erba’ snin għal kull dokument ta’ referenza tal-BAT individwali.
|
|
Artikolu 13 1a.
|
Il-Kummissjoni għandha sal-1 ta’ Lulju 2026 emenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/119/UE.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu b’mod partikolari jindirizza dan li ġej:
(a)
il-prestazzjoni tal-installazzjonijiet u l-metodi tekniċi f’termini ta’ emissjonijiet, espressi bħala medji għal perijodu qasir u perijodu twil, fejn adatt, u l-kondizzjonijiet ta’ referenza assoċjati, il-konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart;
(b)
il-metodi tekniċi użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi fihom;
(c)
l-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-metodi tekniċi emerġenti identifikati wara li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b).
Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, l-informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi kondiviża biss mal-Kummissjoni u, wara li jkun ġie ffirmat ftehim ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni, ma’ ħaddiema taċ-ċivil u ma’ impjegati pubbliċi oħra li jirrappreżentaw lill-Istati Membri jew lill-aġenziji tal-Unjoni. L-informazzjoni għandha tiġi anonimizzata, b’tali mod li ma tirreferix għal operatur jew installazzjoni partikolari, meta tiġi kondiviża mal-partijiet ikkonċernati l-oħra involuti fl-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Informazzjoni mhux anonimizzata tista’ tiġi kondiviża biss f’każijiet fejn l-anonimizzazzjoni tal-informazzjoni ma tippermettix skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar il-BAT fil-kuntest tat-tfassil, ir-rieżami u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, ma’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw is-setturi industrijali rilevanti, kif xieraq, u meta tali rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ikunu ffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni. L-iskambju ta’ informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandu jibqa’ strettament limitat għal dak li huwa teknikament meħtieġ biex jitfasslu, jiġu rieżaminati u, fejn meħtieġ, jiġu aġġornati d-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, u tali informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva ma għandhiex tintuża għal skopijiet oħra.
|
|
Artikolu 13 3.
|
►M1
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tlaqqa’ regolarment forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. ◄
Il-Kummissjoni għandha tikseb l-opinjoni tal-forum dwar l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni u b’mod partikolari dwar dan li ġej:
(a)
ir-regoli ta’ proċedura tal-forum;
(b)
il-programm ta’ ħidma għall-iskambju ta’ informazzjoni;
(c)
gwida dwar il-ġbir ta’ data;
▼M1
(d)
gwida dwar it-tfassil ta’ dokumenti ta’ referenza tal-BAT, u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom, inkluża l-adegwatezza tal-kontenut u l-format tagħhom.
▼B
Il-gwida msemmija fil-punti (c) u (d) tat-tieni subparagrafu għandha tqis l-opinjoni tal-forum u għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 75(2).
|
|
Artikolu 13 3a.
|
Il-Kummissjoni għandha tikseb l-opinjoni tal-forum dwar il-metodu għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permess fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, kif stabbilit fl-Artikolu 15a.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Il-Kummissjoni għandha takkwista u tagħmel disponibbli pubblikament l-opinjoni tal-forum dwar il-kontenut propost tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u għandha tqis din l-opinjoni għall-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 5. L-opinjoni tal-forum imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mil-laqgħa finali tal-grupp ta’ ħidma tekniku responsabbli għal dak id-dokument ta’ referenza tal-BAT.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 75(2).
|
|
Artikolu 13 6.
|
Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-konklużjonijiet tal-BAT u d-dokument ta’ referenza tal-BAT pubblikament disponibbli mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 13 7.
|
Sakemm issir l-adozzjoni ta’ deċiżjoni rilevanti skont il-paragrafu 5, il-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli mid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT adottati mill-Kummissjoni qabel id-data msemmija fl-Artikolu 83 għandhom japplikaw bħala konklużjonijiet tal-BAT għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu ħlief għall-Artikolu 15(3) u (4).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|