+Artikolu 14a Sistema ta’ ġestjoni ambjentali
---+Artikolu 14a 1.
---+Artikolu 14a 2.
---+Artikolu 14a 3.
---+Artikolu 14a 4.
|
Artikolu 14a Sistema ta’ ġestjoni ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur iħejji u jimplimenta, għal kull installazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, sistema ta’ ġestjoni ambjentali (‘EMS’). L-EMS għandha tinkludi l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 u għandha tikkonforma mal-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT li jiddeterminaw l-aspetti li għandhom jiġu koperti fl-EMS.
|
|
Artikolu 14a 2.
|
L-EMS għandha tinkludi mill-anqas dan li ġej:
(a)
objettivi tal-politika ambjentali għat-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali u tas-sikurezza tal-installazzjoni, li għandhom jinkludu miżuri biex:
(i)
jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart;
(ii)
jottimizzaw l-użu u l-użu mill-ġdid tal-ilma u tal-enerġija;
(iii)
jipprevjenu jew inaqqsu l-użu jew l-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi;
(b)
objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti, li għandhom iqisu l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT;
(c)
għall-installazzjonijiet koperti mill-obbligu li jwettqu awditu tal-enerġija jew li jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE, l-inklużjoni tar-riżultati ta’ dak l-awditu jew l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 8 u l-Anness VI ta’ dik id-Direttiva u tal-miżuri għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom;
(d)
inventarju tas-sustanzi kimiċi tas-sustanzi perikolużi preżenti fl-installazzjoni bħala tali, jew emessi minnha, bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra jew bħala parti mit-taħlitiet, b’kunsiderazzjoni speċjali mogħtija għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u s-sustanzi indirizzati fir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u valutazzjoni tar-riskju tal-impatt ta’ sustanzi bħal dawn fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll analiżi tal-possibbiltajiet sabiex jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri jew sabiex jitnaqqas l-użu jew l-emissjonijiet tagħhom;
(e)
miżuri meħuda biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u biex jiġu evitati riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, inklużi miżuri korrettivi u preventivi fejn meħtieġ;
(f)
pjan ta’ trasformazzjoni kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 27d.
|
|
Artikolu 14a 3.
|
Il-livell ta’ dettall tal-EMS għandu jkun konsistenti man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista’ jkollha. Meta elementi meħtieġa li jiġu inklużi fl-EMS, inklużi objettivi, indikaturi tal-prestazzjoni jew miżuri, jkunu diġà ġew żviluppati f’konformità ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni u jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu, referenza fl-EMS għad-dokumenti rilevanti għandha tkun biżżejjed.
|
|
Artikolu 14a 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti stabbilita fl-EMS u elenkata fil-paragrafu 2 tkun disponibbli fuq l-internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tadotta att ta’ implimentazzjoni li dwaru l-informazzjoni tkun rilevanti għall-pubblikazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2). Jekk l-iżvelar tal-informazzjoni jkun jaffettwa b’mod negattiv kwalunkwe wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) sa (h), tad-Direttiva 2003/4/KE, l-informazzjoni tista’ tiġi oskurata, jew jekk dan ma jkunx possibbli, eskluża meta ssir disponibbli fuq l-internet. L-operatur għandu jħejji u jimplimenta l-EMS f’konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT għas-settur sal-1 ta’ Lulju 2027, ħlief għall-installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
). L-EMS għandha tiġi rieżaminata perjodikament biex jiġi żgurat li tkompli tkun xierqa, adegwata u effettiva. L-EMS għandha tiġi awditjata għall-ewwel darba sal-1 ta’ Lulju 2027, ħlief għall-installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1785. L-EMS għandha tiġi awditjata mill-anqas kull tliet snin, minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 20, tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, li jivverifika l-konformità tal-EMS, u tal-implimentazzjoni tagħha, ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|