+Artikolu 14a 4.

Artikolu 14a 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti stabbilita fl-EMS u elenkata fil-paragrafu 2 tkun disponibbli fuq l-internet, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tadotta att ta’ implimentazzjoni li dwaru l-informazzjoni tkun rilevanti għall-pubblikazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).

Jekk l-iżvelar tal-informazzjoni jkun jaffettwa b’mod negattiv kwalunkwe wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) sa (h), tad-Direttiva 2003/4/KE, l-informazzjoni tista’ tiġi oskurata, jew jekk dan ma jkunx possibbli, eskluża meta ssir disponibbli fuq l-internet.

L-operatur għandu jħejji u jimplimenta l-EMS f’konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT għas-settur sal-1 ta’ Lulju 2027, ħlief għall-installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

L-EMS għandha tiġi rieżaminata perjodikament biex jiġi żgurat li tkompli tkun xierqa, adegwata u effettiva.

L-EMS għandha tiġi awditjata għall-ewwel darba sal-1 ta’ Lulju 2027, ħlief għall-installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1785. L-EMS għandha tiġi awditjata mill-anqas kull tliet snin, minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 20, tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, li jivverifika l-konformità tal-EMS, u tal-implimentazzjoni tagħha, ma’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.