|
+Artikolu 14a 2. |
Artikolu 14a 2.L-EMS għandha tinkludi mill-anqas dan li ġej:
(a)
objettivi tal-politika ambjentali għat-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali u tas-sikurezza tal-installazzjoni, li għandhom jinkludu miżuri biex:
(i)
jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart;
(ii)
jottimizzaw l-użu u l-użu mill-ġdid tal-ilma u tal-enerġija;
(iii)
jipprevjenu jew inaqqsu l-użu jew l-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi;
(b)
objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti, li għandhom iqisu l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT;
(c)
għall-installazzjonijiet koperti mill-obbligu li jwettqu awditu tal-enerġija jew li jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE, l-inklużjoni tar-riżultati ta’ dak l-awditu jew l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 8 u l-Anness VI ta’ dik id-Direttiva u tal-miżuri għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom;
(d)
inventarju tas-sustanzi kimiċi tas-sustanzi perikolużi preżenti fl-installazzjoni bħala tali, jew emessi minnha, bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra jew bħala parti mit-taħlitiet, b’kunsiderazzjoni speċjali mogħtija għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u s-sustanzi indirizzati fir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u valutazzjoni tar-riskju tal-impatt ta’ sustanzi bħal dawn fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll analiżi tal-possibbiltajiet sabiex jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri jew sabiex jitnaqqas l-użu jew l-emissjonijiet tagħhom;
(e)
miżuri meħuda biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u biex jiġu evitati riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, inklużi miżuri korrettivi u preventivi fejn meħtieġ;
(f)
pjan ta’ trasformazzjoni kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 27d. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|