+Artikolu 15 1.

Artikolu 15 1.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom japplikaw fil-punt fejn l-emissjonijiet iħallu l-installazzjoni u, kwalunkwe dilwizzjoni qabel dak il-punt għandha tkun injorata meta dawk il-valuri jkunu qed jiġu stabbiliti.

Fir-rigward tar-rilaxxi indiretti ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma, l-effett ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi barra mill-installazzjoni jista’ jitqies meta jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-installazzjoni kkonċernata, dment li dan ma jwassalx għal livelli ogħla ta’ tniġġis fl-ambjent, ikun garantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu, u l-operatur jiżgura, f’konsultazzjoni mal-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi, li r-rilaxxi indiretti ma jipperikolawx il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-permess tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi skont din id-Direttiva jew l-awtorizzazzjoni speċifika skont id-Direttiva 91/271/KEE u li r-rekwiżiti kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jfixklux it-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi jew il-kapaċita’ fir-rigward tal-irkupru tar-riżorsi mill-fluss tat-trattament tal-ilma mormi;

(b) 

is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tal-persunal li jaħdem fis-sistemi ta’ ġbir u fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;

(c) 

l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa mfassal u mgħammar biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa rilaxxati;

(d) 

it-tagħbija ġenerali tas-sustanzi niġġiesa kkonċernati li eventwalment jiġu rilaxxati fl-ilma ma tiżdiedx meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet mill-installazzjoni kkonċernata jkunu baqgħu konformi mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti għar-rilaxxi diretti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għal miżuri aktar stretti meħtieġa skont l-Artikolu 18.

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi f’anness tal-kundizzjonijiet għal permess ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu, inkluż ir-riżultat tal-valutazzjoni mill-operatur tat-twettiq tal-kundizzjonijiet meħtieġa.

L-operatur għandu jipprovdi valutazzjoni aġġornata f’każijiet meta l-kundizzjonijiet għal permess għandhom jinbidlu biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (d) jiġu ssodisfati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.