+Artikolu 15 Valuri limitu tal-emissjonijiet, valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, parametri ekwivalenti u miżuri tekniċi
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
|
Artikolu 15 Valuri limitu tal-emissjonijiet, valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, parametri ekwivalenti u miżuri tekniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom japplikaw fil-punt fejn l-emissjonijiet iħallu l-installazzjoni u, kwalunkwe dilwizzjoni qabel dak il-punt għandha tkun injorata meta dawk il-valuri jkunu qed jiġu stabbiliti. Fir-rigward tar-rilaxxi indiretti ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma, l-effett ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi barra mill-installazzjoni jista’ jitqies meta jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-installazzjoni kkonċernata, dment li dan ma jwassalx għal livelli ogħla ta’ tniġġis fl-ambjent, ikun garantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu, u l-operatur jiżgura, f’konsultazzjoni mal-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi, li r-rilaxxi indiretti ma jipperikolawx il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-permess tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi skont din id-Direttiva jew l-awtorizzazzjoni speċifika skont id-Direttiva 91/271/KEE u li r-rekwiżiti kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jfixklux it-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi jew il-kapaċita’ fir-rigward tal-irkupru tar-riżorsi mill-fluss tat-trattament tal-ilma mormi;
(b)
is-sustanzi niġġiesa rilaxxati ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tal-persunal li jaħdem fis-sistemi ta’ ġbir u fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;
(c)
l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa mfassal u mgħammar biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa rilaxxati;
(d)
it-tagħbija ġenerali tas-sustanzi niġġiesa kkonċernati li eventwalment jiġu rilaxxati fl-ilma ma tiżdiedx meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet mill-installazzjoni kkonċernata jkunu baqgħu konformi mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti għar-rilaxxi diretti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għal miżuri aktar stretti meħtieġa skont l-Artikolu 18.
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi f’anness tal-kundizzjonijiet għal permess ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu, inkluż ir-riżultat tal-valutazzjoni mill-operatur tat-twettiq tal-kundizzjonijiet meħtieġa. L-operatur għandu jipprovdi valutazzjoni aġġornata f’każijiet meta l-kundizzjonijiet għal permess għandhom jinbidlu biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (d) jiġu ssodisfati.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, il-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-parametri ekwivalenti u l-miżuri tekniċi msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) għandhom jiġu bbażati fuq BAT, mingħajr ma jiġi preskritt l-użu ta’ xi metodu tekniku jew teknoloġija speċifika.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-valuri limitu tal-emissjonijiet li jistgħu jinkisbu l-aktar stretti possibbli billi jiġu applikati metodi tekniċi disponibbli fl-installazzjoni, filwaqt li titqies il-firxa sħiħa tal-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (‘BAT-AELs’) biex jiġi żgurat li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-BAT-AELs kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5). Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni mill-operatur tal-firxa sħiħa tal-BAT-AELs, li tanalizza l-fattibbiltà li jiġi ssodisfat it-tarf l-aktar strett tal-firxa tal-BAT-AEL u li tintwera l-aħjar prestazzjoni globali li tista’ tikseb l-installazzjoni billi tiġi applikata l-BAT kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT wara li jiġu kkunsidrati l-effetti transmedjali possibbli. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-ħolqien ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet espressi għall-istess perjodi jew għal perjodi ta’ żmien iqsar u skont l-istess kundizzjonijiet ta’ referenza bħall-BAT-AELs; jew
(b)
il-ħolqien ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet minn dawk imsemmija fil-punt (a) f’termini ta’ valuri, perjodi ta’ żmien u kundizzjonijiet ta’ referenza.
Meta l-valuri limitu tal-emissjonijiet jiġu stabbiliti f’konformità mal-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha, mill-anqas darba fis-sena, tivvaluta r-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet sabiex ikun żgurat li l-emissjonijiet f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim ma jkunux qabżu l-BAT-AELs. Ir-regoli vinkolanti ġenerali msemmija fl-Artikolu 6 jistgħu jiġu applikati filwaqt li jiġu stabbiliti l-valuri limitu tal-emissjonijiet rilevanti skont dan l-Artikolu. Jekk jiġu adottati regoli vinkolanti ġenerali, il-valuri limitu tal-emissjonijiet li jistgħu jinkisbu l-aktar stretti possibbli, billi jiġu applikati l-BAT, għandhom jiġu stabbiliti għall-kategoriji ta’ installazzjonijiet li jkollhom karatteristiċi simili li jkunu rilevanti fid-determinazzjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet l-aktar baxxi li jistgħu jinkisbu, b’kont meħud tal-firxa sħiħa tal-BAT-AELs. Ir-regoli vinkolanti ġenerali għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, abbażi tal-informazzjoni fil-konklużjonijiet tal-BAT, li janalizzaw il-fattibbiltà li jiġi ssodisfat it-tarf l-aktar strett tal-firxa tal-BAT-AEL u li tintwera l-aħjar prestazzjoni li dawk il-kategoriji tal-installazzjonijiet jistgħu jiksbu billi tiġi applikata l-BAT kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi, għal kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, firxiet vinkolanti għal prestazzjoni ambjentali li ma jridux jinqabżu matul perjodu wieħed jew aktar, kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5). Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti għandha:
(a)
tistabbilixxi, għall-kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali li jikkonċernaw l-ilma, filwaqt li tqis l-effetti transmedjali possibbli, li ma jridux jinqabżu matul perjodu wieħed jew aktar, u li mhumiex anqas stretti mill-firxiet vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
(b)
tistabbilixxi, għall-kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, livelli indikattivi ta’ prestazzjoni ambjentali li jikkonċernaw l-iskart u r-riżorsi għajr l-ilma, li mhumiex anqas stretti mill-firxiet vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 15 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 3, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet speċifiċi, tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet ogħla mill-BAT-AELs. Deroga ta’ dan it-tip tista’ tapplika biss meta valutazzjoni turi li l-ilħuq ta’ BAT-AELs kif deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT jwassal għal kostijiet sproporzjonalment ogħla meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali minħabba:
(a)
il-pożizzjoni ġeografika jew il-kundizzjonijiet ambjentali lokali tal-installazzjoni kkonċernata; jew
(b)
il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata.
L-awtorità kompetenti għandha tiddokumenta f’anness tal-kundizzjonijiet għal permess ir-raġunijiet għad-deroga mill-paragrafu 3, u r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-ġustifikazzjoni għall-kundizzjonijiet imposti. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti b’konformità mal-ewwel subparagrafu, madankollu, ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Annessi għal din id-Direttiva, meta applikabbli. Id-derogi mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jipprovdi valutazzjoni tal-impatt tad-deroga fuq il-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa kkonċernati fl-ambjent riċeventi u fi kwalunkwe każ tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. Id-derogi ma għandhomx jingħataw meta jkunu jistgħu jqiegħdu f’riskju l-konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali msemmija fl-Artikolu 18. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid jekk derogi mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu humiex ġustifikati, kull erba’ snin jew bħala parti minn kull rikunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21, meta tali rikunsiderazzjoni ssir aktar kmieni minn erba’ snin wara li tkun ingħatat id-deroga. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi metodoloġija standardizzata għall-valutazzjoni tad-disproporzjonalità bejn il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT u l-benefiċċji ambjentali potenzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).”.
|
|
Artikolu 15 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet speċifiċi, tistabbilixxi firxiet vinkolanti għall-prestazzjoni ambjentali jew valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali anqas stretti. Deroga ta’ dan it-tip tista’ tapplika biss meta valutazzjoni turi li l-ilħuq ta’ livelli ta’ prestazzjoni assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT se jwassal għal impatt ambjentali negattiv sinifikanti, inklużi effetti transmedjali, jew impatt ekonomiku sinifikanti minħabba:
(a)
il-pożizzjoni ġeografika jew il-kundizzjonijiet ambjentali lokali tal-installazzjoni kkonċernata; jew
(b)
il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata.
L-awtorità kompetenti għandha tiddokumenta f’anness tal-kundizzjonijiet għal permess ir-raġunijiet għad-deroga mill-paragrafu 4 u r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-ġustifikazzjoni għall-kundizzjonijiet imposti. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-tħaddim skont firxiet vinkolanti għall-prestazzjoni ambjentali jew valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali anqas stretti ma jikkawża l-ebda impatt ambjentali sinifikanti, inkluż it-tnaqqis fir-riżorsi tal-ilma, u jikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, metodoloġija standardizzata għat-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).
|
|
Artikolu 15 7.
|
B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, u dment li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u jkunu ġew eżawriti l-miżuri kollha li jirriżultaw f’anqas tniġġis, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet jew valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali anqas stretti fil-każ ta’ kriżi minħabba ċirkostanzi straordinarji lil hinn mill-kontroll tal-operatur u tal-Istati Membri, li jwasslu għal tfixkil serju jew nuqqas ta’:
(a)
provvisti tal-enerġija, dment li jkun hemm interess pubbliku prevalenti fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija,
(b)
riżorsi, materjali jew tagħmir essenzjali għall-operatur biex iwettaq attivitajiet ta’ interess pubbliku, f’konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet jew il-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali applikabbli, jew
(c)
riżorsi, materjali jew tagħmir essenzjali fejn l-output tal-produzzjoni jikkumpensa għal tali nuqqas jew tfixkil, għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew sikurezza pubblika, jew għal raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku prevalenti.
Id-deroga ma għandhiex tingħata għal aktar minn tliet xhur. Jekk ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ derogi jippersistu, id-deroga tista’ tittawwal għal perjodu massimu ta’ tliet xhur. Hekk kif il-kundizzjonijiet tal-provvista jiġu restawrati jew meta jkun hemm alternattiva għall-provvisti tal-enerġija, ir-riżorsi, il-materjali jew it-tagħmir, l-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet u valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali anqas stretti ma jibqax ikollha effett, u l-installazzjoni għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet għal permess stabbiliti f’konformità mal-paragrafi 3 u 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-emissjonijiet li jirriżultaw mid-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu mmonitorjati. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-informazzjoni dwar id-deroga u l-kundizzjonijiet imposti disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 24(2). Il-Kummissjoni tista’, fejn meħtieġ, tivvaluta u tiċċara aktar, permezz ta’ gwida, il-kriterji li jridu jitqiesu għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga mogħtija skont dan il-paragrafu, inkluż ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti tad-deroga u l-kundizzjonijiet imposti. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk id-deroga mogħtija hijiex ġustifikata filwaqt li tqis kif xieraq il-kriterji stabbiliti f’dan il-paragrafu. Jekk il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet fi żmien xahrejn min-notifika tal-Istat Membru, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jirrevedu d-deroga kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|